This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/235/10
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5253 — Sanofi-Aventis/Zentiva) Text with EEA relevance
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5253 — Sanofi-Aventis/Zentiva) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5253 — Sanofi-Aventis/Zentiva) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 235, 13.9.2008, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 235/14 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5253 — Sanofi-Aventis/Zentiva)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 235/10)
1. |
Fil-5 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Sanofi-Aventis Europe, société par actions simplifiée (Franza), proprjetà tal-grupp Sanofi-Aventis (Franza) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll tal-impriża kollha Zentiva NV (l-Olanda) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fil-11 ta' Lulju 2008. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi msemmija huma:
|
3. |
Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' tidħol fil-qasam tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5253 — Sanofi-Aventis/Zentiva, fl-indirizz li ġej:
|