This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/235/08
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.4920 — Haniel/Schmidt-Ruthenbeck/Metro) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4920 — Haniel/Schmidt-Ruthenbeck/Metro) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4920 — Haniel/Schmidt-Ruthenbeck/Metro) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 235, 13.9.2008, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 235/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4920 — Haniel/Schmidt-Ruthenbeck/Metro)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 235/08)
1. |
Fil-5 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Franz-Haniel & Cie GmbH (“Haniel”, il-Ġermanja) u Gesellschafterstamm Schmidt-Ruthenbeck (“Schmidt-Ruthenbeck”, il-Ġermanja) akkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Metro AG (“Metro”, il-Ġermanja), permezz tat-tiġbir tad-drittijiet tal-vot. |
2. |
L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4920 — Haniel/Schmidt- Ruthenbeck/Metro, f'dan l-indirizz:
|