EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/232/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5284 — Klepierre/Abp/Steen & Ström) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 232, 10.9.2008, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 232/39


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5284 — Klepierre/Abp/Steen & Ström)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 232/14)

1.

Fil-25 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Klépierre S.A. (Klépierre, Franza) li tappartjeni lill-grupp BNP Paribas (“BNPP”, Franza) u Stichting Pensioenfonds ABP (“Stichting Pensioenfonds”, l-Olanda) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża Steen & Strøm ASA (“Steen & Strøm”, in-Norveġja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Klépierre: il-kiri u l-ġestjoni ta' propjetà, partikolarment ċentri kummerċjali f'diversi pajjiżi taż-ŻEE,

għal Stichting Pensioenfonds: fond ta' pensjoni għal min iħaddem u għall-impjegati li qegħdin fis-servizz tal-gvern Olandiż u fis-settur edukattiv,

għal Steen & Strøm: ix-xiri, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta' ċentri kummerċjali fin-Norveġja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5284 — Klepierre/Abp/Steen & Ström, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top