This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/217/09
Call for expression of interest for contract agents for temporary assignments (EMEA, London)
Sejħa għal turija ta' interess għal aġenti kuntrattwali b'kuntratt temporanju (EMEA, Londra)
Sejħa għal turija ta' interess għal aġenti kuntrattwali b'kuntratt temporanju (EMEA, Londra)
ĠU C 217, 26.8.2008, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 217/17 |
Sejħa għal turija ta' interess għal aġenti kuntrattwali b'kuntratt temporanju (EMEA, Londra)
(2008/C 217/09)
L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u tas-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004, ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1). L-EMEA ġiet mwaqqfa f'Jannar 1995. Għandha ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Europea, mas-27 Stat Membru ta' l-UE, mal-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA u ma' bosta gruppi fil-gvern u fis-settur privat. L-Aġenzija għandha ambjent ta' xogħol multikulturali u stimulanti.
Aktar informazzjoni dwar l-EMEA u dwar l-attivitajiet tagħha tista' tinkiseb minn fuq l-Internet; l-indirizz elettroniku tagħna huwa http://www.emea.europa.eu
L-EMEA tixtieq tistabbilixxi roster ta' kandidati interessati sabiex jaħdmu fuq bażi temporanja b'kuntratt ta' aġenti kuntrattwali. Il-profili tax-xogħlijiet huma ppubblikati f'dokument separat li huwa disponibbli mill-websajt ta' l-EMEA.
Il-kandidati li jintagħżlu se jiġu inklużi f'lista ta' riserva u jistgħu jiġu offruti xogħol temporanju li jista' jvarja minn tliet xhur sa ħames snin taħt il-kuntratt ta' aġent kuntrattwali skond il-kundizzjonijiet ta' impjiegi ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968 (1)) u d-dispożizzjonijiet implimentattivi ġenerali ta' l-EMEA dwar il-proċeduri li jirregolaw ir-reklutaġġ u l-użu ta' personal kuntrattwalit fi ħdan l-EMEA (2).
Xogħol temporanju jista' jinkludi s-sostituzzjoni ta' aġenti temporanji ta' l-EMEA (per eżempju għal raġunijiet ta' leave tal-maternità, leave tal-paternità, leave tal-familja, leave tal-ġenituri, leave bla ħlas jew leave minħabba mard għal żmien twil) jew xogħol fuq proġetti speċifiċi għal perjodu ta' żmien qasir jekk ikun hemm fondi disponibbli. Bl-ebda mod ma jista' kuntratt ta' aġent kuntrattwali iwassal għal kuntratt ta' aġent temporanju mingħajr ma l-kandidat ikun għadda b'suċċess minn proċedura addizzjonali ta' selezzjoni. Il-kuntratt ta' aġenti kuntrattwali ma jistax jiġġedded aktar minn darba.
Il-post ta' l-impjieg sejjer ikun Canary Wharf, Londra.
Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej jew ta' l-Iżlanda, tan-Norveġja jew ta' Liechtenstein, bil-kundizzjoni li jkollhom kull dritt ta' ċittadin.
Il-kandidati għandhom ikunu ssodisfaw l-obbligi kollha imposti fuqhom mil-liġijiet fir-rigward tas-servizz militari u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-karattru għad-dmirijiet involuti.
Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tax-xogħol għandhom jitniżżlu mill-websajt ta' l-EMEA: http://www.emea.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm L-applikazzjonijiet għandhom isiru b'mod elettroniku permezz tal-formola li hemm fuq il-websajt ta' l-EMEA. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux aktar tard minn nofsillejl ta' l-24 ta' Settembru 2008. Jekk jogħġbok innota li minħabba n-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-EMEA, meta toqrob id-data ta' l-għeluq għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jkollha xi problemi biex tipproċessa l-ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, l-applikanti huma mħeġġa sabiex jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom qabel sewwa d-data ta' għeluq.
Jekk tixtieq tirċievi notifikazzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-postijiet battala b'mod elettroniku, jekk jogħġbok irreġistra onlajn fuq http://www.emea.europa.eu/ taħt “Online Mailing Service — Servizz Postali Onlajn”
(1) http://ec.europa.eu/civil_service/docs/toc100_en.pdf
(2) http://www.emea.europa.eu/pdfs/general/admin/recruit/42125407en.pdf