EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/210/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5255 — TDK/Epcos) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 210, 19.8.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 210/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5255 — TDK/Epcos)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 210/07)

1.

Fit-8 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża TDK Corporation (“TDK”, il-Ġappun) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ tal-impriża Epcos AG (“Epcos”, il-Ġermanja) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fil-31 ta' Lulju 2008.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal TDK: żvilupp, produzzjoni u bejgħ ta' (i) materjal u komponenti elettroniċi, inklużi komponenti passivi u elettromekkaniċi u (ii) medja li jirrekorjdaw inklużi tejps, vidjos, CD-Rs, Minidiscs, DVDs u medja tal-ħażna tad-dejta fuq it-tejp għall-kompjuters,

għal Epcos: żvilupp, produzzjoni u bejgħ ta' komponenti elettroniċi, partikularment komponenti eletromekkaniċi passivi.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5255 — TDK/Epcos, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1


Top