This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/189/07
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5229 — OMV/Lehman/Met/JV) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5229 — OMV/Lehman/Met/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5229 — OMV/Lehman/Met/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 189, 26.7.2008, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 189/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5229 — OMV/Lehman/Met/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 189/07)
1. |
Fil-15 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi OMV Power International GmbH (“OPI”, l-Awstrija), ) ikkontrollata minn OMV AG, Austria, Lehman ALI Inc. (“Lehman”, l-Istati Uniti) li tappartjeni għal Lehman Brothers Group, u Met Group (“Met Group”, it-Turkija) kkontrollata minn Dr. Celal Metin jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' Borasco Elektrik Üretim Sanayi ve Ticaret A.S. (“Borasco Elektrik”, it-Turkija) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru.(32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5229 — OMV/Lehman/Met/JV fl-indirizz li ġej:
|