Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/174/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5204 — Vion/Grampian) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 174, 9.7.2008, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 174/34


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5204 — Vion/Grampian)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 174/06)

1.

Fil-25 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċiviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża VION N.V. (“VION”, l-Olanda) li tappartjeni għall-VION Food Group tikseb, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll fuq is-sussidjarji operattivi kollha ta' Grampian Country Food Group (Holdings) Limited (“Grampian”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal VION: il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti tal-laħam u l-ipproċessar tal-prodotti sekondarji tal-biċċeriji,

għal Grampian: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tal-laħam.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5204 — Vion/Grampian, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ghalll-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top