Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/170/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5210 — Siemens/Ortner/JV) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 170, 5.7.2008, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 170/13


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5210 — Siemens/Ortner/JV)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 170/10)

    1.

    Fil-25 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Siemens AG Österreich (l-Awstrija), li tappartjeni lil Siemens AG (flimkien “Siemens”, il-Ġermanja) u IGO Immobiliengesellschaft mbH (“IGO”, l-Awstrija) li tappartjeni lil Ortner-Gruppe (“Ortner”, l-Awstrija), li min naħa tagħha tappartjeni lis-Sur Klaus Ortner, jakkwistaw, fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Siemens Elin Buildings and Infrastructure GmbH & Co (“B&I KG”, l-Awstrija) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

    2.

    L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Siemens: Industija, Enerġija u Kura tas-Saħħa,

    Għal Ortner: Teknoloġija tal-bini, inġinerija u kostruzzjoni mekkanika u industrijali, inġinerija ċivili,

    għas-Sur Klaus Ortner: Kontroll ta' Ortner-Gruppe,

    għal B&I: Installazzjonij ta' servizzi tekniċi f'kostruzzjoinjiet tal-bini, dawl tat-toroq u kostruzzjoni ta' netwerks.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5210 — Siemens/Ortner/JV fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat-Generali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top