EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/155A/02

Post Vakanti ta' funzjoni ta' Direttur Eżekuttiv (Grad AD14) ta' l-impriża konġunta Sema Nadif (Brussell) – COM/2008/10088

ĠU C 155A, 20.6.2008, p. 6–s012 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CA 155/6


Post Vakanti ta' funzjoni ta' Direttur Eżekuttiv (Grad AD14) ta' l-impriża konġunta Sema Nadif (Brussell)

COM/2008/10088

(2008/C 155 A/02)

 

Min aħna:

L-Impriża Konġunta Sema Nadif (Clean Sky JU) hija sħubija pubblika-privata bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Partijiet Ikkonċernati fl-Industrija Ewropea ta' l-Avjazzjoni. L-IK Sema Nadif hija stabbilita fi Brussell skond il-Liġi Ewropea (1) għal perjodu ta' mhux iktar mill-31.12.2017. L-IK Sema Nadif ser timplimenta Inizjattiva ta' Teknoloġija Konġunta mmirata li tiżviluppa teknoloġiji ta' impatt ambjentali baxx għas-sistema ta' Trasport bl-Ajru skond l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka għall-Aeronawtika.

L-IK Sema Nadif hija inizjattiva bbażata fuq l-għanijiet indirizzati lejn l-impatt ambjentali tas-Sistema ta' Trasport bl-Ajru bil-għan li jitnaqqsu l-emmissjonijiet ta' CO2 u Nox, l-istorbju u l-konsum tal-fjuwil. Din ser tipprovdi demostraturi fuq skala reali fuq l-art u fl-ajru fil-partijiet ewlenin u s-sistemi sekondarji ta' titjiriet għall-introduzzjoni malajr u effettiva ta' tekonoloġija ġdida fil-ġenerazzjoni ġdida ta' inġenji ta' l-ajru?

L-IK Sema Nadif ser tkun waħda mill-ikbar proġetti ta' riċerka Ewropea li qatt kien hemm. Is-Sħubija Pubblika-Privata ser tħaffeff l-iżviluppi ta' teknoloġiji ta' innovazzjoni u tqassar iż-żmien li fihom soluzzjonijiet ġodda ittestjati fuq Demostraturi Fuq Skala Reali jaslu fis-suq. L-IK Sema Nadif ser tħeġġeġ lill-parteċipanti ta' SMEs biex tiżgura l-involviment sħiħ tagħhom fil-programm u toffri opportunitajiet lill-katina sħiħa ta' provvista ajronawtika mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati kollha. Sabiex jinkisbu l-għanijiet konkreti aħħarin, l-IK Sema Nadif ser torganizza sejħiet kompetittivi li ser ikollhom rwol essenzjali fil-kisba ta' dawn l-għanijiet.

L-attivitajiet ta' l-IK Sema Nadif ser jimpenjaw madwar € 1,6 biljun għall-perjodu 2008 – 2017, inkluż (i) kontribuzzjoni (fi flus kontanti) mill-Komunità Ewropea għall-Impriża Konġunta Sema Nadif ta' mhux iktar minn € 800 miljun mis-Seba’ Programm Qafas, u (ii) kontribuzzjoni ekwivalenti in natura mill-partijiet ikkonċernati fl-aeronawtika. Nefqiet kurrenti ta' l-IK Sema Nafif ser jinqasmu b'mod indaqs u fi flus kontanti bejn il-Kummissjoni fuq naħa waħda u l-Istati Membri fuq in-naħa l-oħra.

Għal aktar informazzjoni ġentilment ikkonsulta dan is-sit: http://www.cleansky.eu .

Qed noffru:

Id-Direttur Eżekuttiv huwa r-rappreżentant legali u l-immaġini pubblika ta' l-Imprża Konġunta Sema Nadif Għandu/ha j/taqdi dmirijietu/ha b'mod indipendenti u j/tkun responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija.

Id-Direttur Eżekuttiv se jmexxi u jamministra l-Impriża Konġunta u se jkollu r-responsabbilità sħiħa għall-operat tagħha billi jiżgura li l-Impriża Konġunta tkun kisbet l-għanijiet tagħha. Bħala tali, se jkollu/ha rwol importanti fl-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta Sema Nadif.

Id-Direttur Eżekuttiv ser ikun responsabbli għall-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-IK Sema Nadif, inkluż b'mod partikolari:

Jikkoordina u jsegwi l-attivitajiet RTD (Riċerka, Taħriġ u Żvilupp) bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u jħejji rapporti tekniċi u finanzjarji;

Jissorvelja attivitajiet ta' integrazzjoni u ta' interazzjoni u jsejjaħ u jmexxi reviżjonijiet skond kif ikun meħtieġ;

Jaħtar u jissorvelja l-istaff ta' l-Impriża Konġunta u jrawwem spirtu tajjeb ta' tim u ta' ambjent tax-xogħol;

Jimplementa proċessi ta' Sejħiet għal Proposti u Sejħiet għal Offerti bbażati fuq il-kontenut definit fl-oqsma tekniċi relevanti;

Jimplimenta proċessi ta' revizjoni fl-ewwel istanza fil-każ ta' deċiżjonijiet li jiġu kkontestati dwar Sħab li jintgħażlu permezz ta' Sejħiet għal Proposti

Jivverifika l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-membri ta' Sema Nadif, jivverifika l-infiq mal-pjanijiet u jwettaq evalwazzjonijiet ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji fuq bażi annwali;

Iħejji u jimplimenta baġits annwali f'konformità mar-Regolamenti Finanzjarji ta' l-IK u jirrappreżenta l-Impriża Konġunta Sema Nadif fil-proċedura annwali ta' l-approvazzjoni tal-baġit;

Jipprovdi l-Bord Governattiv u l-Kummissjoni b'rapporti tekniċi u finanzjarji;

Imexxi l-aspetti ta' komunikazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif, inkluż l-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' preżentazzjoni u disseminazzjoni;

Jorganizza d-djalogu ma' l-utenti u gruppi interessati relevanti.

Qed infittxu:

Għandu/ha jkollha:

Il-ħila li j/tiżviluppa viżjoni strateġika;

Esperjenza fl-immaniġġjar ta' proġetti ta' żviluppar ta' teknoloġija f'ambjent Ewropew jew internazzjonali;

Esperjenza ta' maniġment, preferibbilment f'kuntest inizjali u/jew kuntest multi-kulturali;

Il-ħila ta' tmexxija u l-motivazzjoni ta' tim li jinkludi l-persunal amministrattiv u tekniku f'ambjent Ewropew, multi-kulturali u multi-lingwi u f'kuntest inizjali;

Għarfien tajjeb ta' l-industrija ta' l-aeronawtika kif ukoll ta' l-Istituzzjonijiet ta' l-UE u l-funzjonament u l-interazzjoni tagħhom;

Sens qawwi ta' responsabbiltà, inizjattiva u awtomotivazzjoni;

Esperjenza fl-interazzjoni ma' l-industrija u għarfien tal-politika regolatorja u prattika relevanti għall-oqsma ta' azzjoni ta' l-Impriża Konġuna;

Ħiliet interpersonali żviluppati u esperjenza fil-koordinazzjoni bejn organizzazzjonijiet;

Ħiliet ta' komunikazzjoni mal-pubbliku u l-bini ta' relazzjonijiet ta' ħidma tajbin mal-partijiet interessati;

Għarfien perfett miktub u mitkellem ta' l-Ingliż

L-applikanti għandhom:

Il-kandidati jkunu kkunsidrati għall-fażi ta' l-għażla fuq il-bażi tal-kriterji formali li ġejjin li jridu jintlaħqu sad-data ta' l-iskadenza ta' l-applikazzjonijiet:

Ċittadinanza: Ikunu ċittadini ta' Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, jew ta' pajjiż assoċjat mas-Seba' Programm Qafas tar-Riċerka (2);

Grad Universitarju jew Diploma: Livell ta' edukazzjoni li jkun jikkorrispondi għal edukazzjoni sħiħa universitarja, b'evidenza ta' diploma, fejn il-perjodu normali ta' l-istudju in kwitsjoni jkun erba' snin jew aktar, f'qasam relatat mad-dmirijiet;

Esperjenza professjonali: Mill-inqas 15-il sena esperjenza wara l-lawrea fil-livell li l-kwalifiki msemmija qabel jippermettulhom li jilħqu, li minnhom 5 jkunu saru fil-qasam ta' l-attiviatjiet ta' l-Impriża Konġunta;

Esperjenza ta' Maniġment: Mill-anqas 5 snin esperjenza professjonali miksuba fil-funzjonament ta' maniġment f'livell għoli (3);

Lingwi: Għarfien tajjeb ta' waħda mill-lingwi ufficjali tal-Komunità (4) u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra fost dawn il-lingwi sa kemm hu necessarju għal-qadi ta' dmirijiethom;

Limitu ta' l-età: ikunu jistgħu jlestu mandat sħiħ ta' tliet snin qabel ma jilħqu l-età ta' l-irtirar. Għal persunal temporanju tal-Komunitajiet Ewropej, l-età ta' l-irtirar hija definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq il-65 sena.

Indipendenza u Dikjarazzjoni ta' Interessi

Id-Direttur Eżekuttiv jiġi mitlub jagħmel dikjarazzjoni ta' impenn li se jaġixxi b'mod indipendenti u fl-interess tal-pubbliku u dikjarazzjoni oħra fir-rigward ta' interessi li jistgħu jkunu ta' preġudizzju għall-independenza tiegħu/tagħha. Il-kandidati għandhom jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu hekk fl-applikazzjoni tagħhom.

Proċedura ta' l-Għażla u l-Ħatra

L-implimentazzjoni ta' l-Impriża Komuni se tibda kmieni fl-2008. Wara l-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Impriża Konġunta Sema Nadif [COM(2007) 315 finali], ir-Regolament tal-Kunsill li jipprovdi l-bażi legali għall-Impriża Komuni kien adottat f'Diċembru ta' l-2007 (5) (ĠU L 030, 4.2.2008).

Il-pubblikazzjoni preżenti hija organizzata taħt ir-reponsabilità tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka tal-Kummisssjoni Ewropea, b'konformità ma' l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill li jistabilixxi l-JTI u permezz ta' l-involviment tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Impriża Konġunta.

Il-proċedura ta' reklutaġġ biex jimtela l-post ta' Direttur Eżekuttiv hija suġġetta għad-disponibbilità tal-baġit u l-pjan tat-twaqqif ta' l-Impriża Konġunta.

Il-Bord ta' Tmexxija se jaħtar bħala direttur kandidat li, kien diġà ntagħżel fost lista ta' kandidati f'proċedura ta' selezzjoni, skond ir-regoli u il-proċeduri attwali għal dan it-tip ta' reklutaġġ (aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta' selezzjoni huwa disponibbli fuq talba f'dan il-websajt li ġej: rtd-selections-cs@ec.europa.eu).

Opportunitajiet indaqs

L-Impriża Konġunta Sema Nadif, bħala korp tal-Komunità, tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs u n-non-diskriminazzjoni skond l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal (6).

Il-kundizzjonijiet ta' l-Impjieg

Id-Direttur Eżekuttiv jinħatar mill-Bord Governattiv ta' l-IK Sema Nadif bħala aġent temporanju fil-grad AD 14, skond l-Artikolu 2a tal-Kundizzjonijiet ta' l-impieg ta' Ufficjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (7), għal perjodu ta' tliet snin.

Wara valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi t-terminu tal-ħatra għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn erba' snin, bħal m'hu stipulat fil-bażi legali.

Il-post ta' l-impjieg huwa Brussell, fejn hi bbażata l-Impriża Komuni.

Proċedura ta' applikazzjoni

Sabiex l-applikazzjonijiet ikunu validi, il-kandidati għandhom jissottomettu:

1.

formola ta' applikazzjoni kompluta kif suppost, li tinsab mehmuża ma' dan l-avviż ta' post vakanti u li tista' wkoll titniżżel minn:

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm

2.

ittra ta' motivazzjoni; kif ukoll

3.

Curriculum Vitae (CV) li preferibbilment għandu jkun imfassal bil-format tas-CV Ewropew (8).

L-applikazzjoni ma tiġix aċċettata jekk il-fajl ma jkunx komplut.

Id-dokumenti li jakkumpanjaw l-applikazzjoni (eż. kopji ċċertifikati ta' gradi/diplomi, referenzi, provi ta' l-esperjenza, eċċ.) m'għandhomx jintbagħtu għalissa imma jintbagħtu fi stadju ulterjuri tal-proċedura jekk ikun meħtieġ.

Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta' l-għażla, il-komunikazzjonijiet kollha lil kandidati dwar dan il-post vakanti se jkunu bl-Ingliż.

L-Applikazzjonijiet, preferibbilment bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, għandhom jintbgħatu bl-e-mail lil:

rtd-selections-cs@ec.europa.eu).

L-applikanti li ma jistgħux jibagħtu l-applikazzjoni taghħom bl-e-mail jistgħu jibagħtuha bil-posta reġistrata jew servizz ta' kurrier express lil:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka

COM/2008/10088 – Pożizzjoni ta' Direttur Eżekuttiv Sema Nadif

Unità RTD.R.1 “Riżorsi Umani”

Uffiċċju SDME 4/27

B – 1049 BRUSSELL

Il-Belgju

Il-kandidati huma mitluba li jirrappurtaw kull bdil potenzjali ta' l-indirizz bil-miktub u mingħajr dewmien fl-indirizz t'hawn fuq.

Il-Persuna ta' kuntatt:

Is-Sur Liam Breslin, Direttur Eżekuttiv Interim Sema Nadif,

Tel: + 32-(0)2-2950477,

E-mail: Liam.Breslin@ec.europa.eu

Data ta' l-għeluq

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu jew bl-e-mail jew bil-posta rreġistrata sa mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2008 (id-data ta' l-e-mail jew id-data tat-timbru postali għall-posta rreġistrata)

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu permezz tas-servizz express tal-kurrier għandhom jaslu fl-indirizz t'hawn fuq qabel il-17.00 (ħin ta' Brussell) tat-18 ta' Lulju 2008.

Il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li testendi d-data ta' l-għeluq ta' dan il-post vakanti permezz ta' pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej biss.

Informazzjoni importanti għall-Kandidati

Il-kandidati huma mfakkra li x-xogħlijiet tad-diversi l-kumitati ta' l-għażla huma kunfidenzjali. Il-kandidati huma pprojbiti li jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-membri tagħhom jew jagħmlu dan permezz ta' ħaddieħor.

Il-protezzjoni ta' data personali

Il-Kummissjoni, matul (il-perjodu ta' preparazzjoni) u iżjed tard l-IK Sema Nadif se jiżguraw li l-informazzjoni personali tal-kandidati se tkun proċessata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18.12.2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-organiżżazzjonijiet tal-Kommunità u dwar il-moviment liberu ta' din l-informazzjoni. Dan japplika b'mod partikolari għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta' tali data  (9).


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 ta' l-20.12.2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Sema Nadif, ĠU L 30, 4.2.2008.

(2)  Ara l-pajjiżi li huma attwalment assoċjati mas-Seba' Programm ta' Qafas tar-Riċerka fuq il-websajt: ftp://ftp.cordis.europa.eu/pub/fp7/docs/third_country_agreements_en.pdf

(3)  Fis-CVs tagħhom l-applikanti għandhom jindikaw għall-inqas għal dawn il-5 snin x'tip ta' esperjenza ta' amministrazzjoni f'livell għoli ġiet miksuba: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kellhom, (2) in-numru ta' impjegati li kienu jamministraw f'dawn il-pożizzjonijiet, (3) id-daqs tal-baġit ġestit, u (4) in-numru ta' livelli ġerarkiċi 'l fuq u 'l isfel u n-numru ta' persunal fl-istess livell.

(4)  http://ec.europa.eu/education/policies/lang/languages/index_en.html

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 ta' l-20.12.2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Sema Nadif, ĠU L 30 4.2.2008.

(6)  ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1; http://ec.europa.eu/civil_service/docs/toc100_en.pdf

(7)  ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1; http://ec.europa.eu/civil_service/docs/toc100_en.pdf

(8)  Is-CV Ewropew jista' jitniżżel mill-website http://europass.cedefop.europa.eu/htm/index.htm

(9)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Image

Image

Image

Image


Top