Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/140/15

    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5162 — AVNET/Horizon Technology) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 140, 6.6.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 140/23


    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5162 — AVNET/Horizon Technology)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 140/15)

    1.

    Fis-26 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Avnet Inc. (l-Istati Uniti ta' l-Amerika) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriża kollha Horizon Technology Group Plc (“Horizon”, ir-Repubblika ta' l-Irlanda) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

    għal Avnet Inc: id-distribuzzjoni ta' prodotti ta' l-IT u servizzi tat-teknoloġija,

    għal Horizon: l-integrazzjoni teknika u d-distribuzzjoni ta' prodotti ta' l-IT.

    3.

    Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' tidħol fil-qasam tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5162 — AVNET/Horizon Technology, fl-indirizz li ġej:

    Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top