Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/138/14

    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5179 — Eramet/Tinfos) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 138, 5.6.2008, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 138/49


    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5179 — Eramet/Tinfos)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 138/14)

    1.

    Fid-29 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Eramet SA (“Eramet”, Franza) takkwista, fis-sens ta' l-Artikolu 3(1) (b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll ta' parti mill-impriża Tinfos A/S (l-assi kollha ta' Tifnos esklużi 60 % fin-negozju ta' l-idroenerġija ta' Tinfos) (“Tinfos”, in-Norveġja) permezz tax-xiri ta' ishma u assi.

    2.

    L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

    għal Eramet: grupp Franċiż fl-industria tal-minjieri u metallurġija attiv fl-oqsma tan-nikil, manganiż u ligi,

    għal Tinfos: kumpanija Norveġiża li hija attiva fl-oqsma tal-ligi tal-manganiż, gagazza tat-titanjum, ħadid mhux maħdum, kummerċjalizzazzjoni ta' materja prima u idroenerġija.

    3.

    Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni modifikata tista' tidħol fil-qasam tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

    Il-Kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5179 — Eramet/Tinfos, fl-indirizz li ġej:

    Kummissjoni Ewropea

    Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top