Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/090/10

    Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (Londra)

    ĠU C 90, 11.4.2008, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 90/34


    Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (Londra)

    (2008/C 90/10)

    L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta' Marzu 2004, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 136 tat-30 ta' April 2004, p. 1). L-EMEA ġiet imwaqqfa f'Jannar ta' l-1995. Hija għanda ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, is-27 Stat Membru ta' l-UE, il-pajjiżi taz-ŻEE/EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.

    Aktar informazzjoni dwar l–EMEA u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz ta' l-Internet; l-indirizz tal-website tagħna huwa:

    http://www.emea.europa.eu

    L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riserva għal:

    —   EMEA/AD/270: Amministratur (Uffiċjal tal-Kollegamenti Internazzjonali), Sostenn ta' l-Eżekuttiv (AD8)

    Kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skond is-sitwazzjoni finanzjarja, jista' jiġi offert lilhom kuntratt bħala Aġent Temporanju ta' ħames snin, li jista' jiġġedded, konformi mal-Kondizzjonijiet ta' l-impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej ( Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 56 ta' l-4 ta' Marzu 1968).

    Il-post ta' l-impjieg ikun Londra.

    Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej, jew ta' l-Islanda, n-Norveġja jew il-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bhala cittadini.

    Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni ta' l-impjieg għandhom jitniżżlu mill-website ta' l-EMEA:

    http://www.emea.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm

    L-applikazzjonijiet iridu jsiru b'mod elettroniku permezz tal-formola disponibbli fuq il-website ta' l-EMEA. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard min nofs il-lejl tat-23 ta' Mejju 2008.

    Jekk jogħġbok żomm f'moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-EMEA, meta jasal iż-żmien ta' l-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jinqalalha problemi biex tiproċessa ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li min japplika jibgħat l-applikazzjoni tiegħu ferm aktar qabel mid-data perentorja.

    Jekk tixtieq tirċievi notifika ta' pubblikazzjonijiet ta' postijiet battâla b'mod elettroniku, jekk jogħġbok irreġistra online fuq:

    http://www.emea.europa.eu/ taħt “Online Mailing Service”.


    Top