EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/069/01

Informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet mir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tas-Slovenja dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti sentenzi preliminari dwar l-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

ĠU C 69, 14.3.2008, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 69/1


Informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet mir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tas-Slovenja dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti sentenzi preliminari dwar l-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

(2008/C 69/01)

Ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tas-Slovenja ddikjaraw li huma jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej b'konformità ma' l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Ir-Republika ta' l-Ungerija rtirat id-dikjarazzjoni preċedenti tagħha li hija aċċettat il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u 3(a) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u ddikjarat li hija taċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u 3(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Għaldaqstant, l-istat tad-dikjarazzjonijiet dwar l-aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti sentenzi preliminari dwar il-validità u l-interpretazzjoni ta' l-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huwa kif ġej:

ir-Renju ta' Spanja ddikjara li huwa jaċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej f'konformità ma' l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(a) (1),

ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja ddikjaraw li huma jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej b'konformità ma' l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(b) (2),

meta għamlu d-dikjarazzjonijiet imsemmijin hawn fuq, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja rriservaw id-dritt li jagħmlu dispożizzjoni fil-liġi nazzjonali tagħhom li meta tqum kwistjoni dwar il-validità jew l-interpretazzjoni ta' att imsemmi fl-Artikolu 35(1) f'każ li jkun qiegħed quddiem qorti jew tribunal nazzjonali li kontra d-deċiżjonijiet tagħhom m'hemmx rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew dak it-tribunal huma obbligati li jressqu l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  In-notifika tad-dikjarazzjoni mir-Renju ta' Spanja ġiet ippublikata fil-ĠU L 114 ta' l-1.5.1999, p. 56 u ĠU C 120 ta' l-1.5.1999, p. 24.

(2)  In-notifika mir-Repubblika Ċeka ġiet ippubblikata fil-ĠU L 236 tat-23.9.2003, p. 980. In-notifika tad-dikjarazzjoni mir-Repubblika Franċiża ġiet ippubblikata fil-ĠU L 327, 14.12.2005, p. 19 u ĠU C 318, 14.12.2005, p. 1. In-notifika tad-dikjarazzjoni mil-Istati Membri l-oħrajn imsemmijin, bl-eċċezzjoni tar-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-repubblika ta' l-Ungerija u r-Repubblika tas-Slovenja, ġiet ippubblikata fil-ĠU L 114 ta' l-1.5.1999, p. 56 u fil-ĠU C 120 ta' l-1.5.1999, p. 24.


Top