EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/068/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5008 — Vivendi/Activision) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 68, 13.3.2008, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 68/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5008 — Vivendi/Activision)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 68/12)

1.

Fis-7 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Vivendi S.A. (“Vivendi”, Franza), takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriżi kollha Activision, Inc. (“Activision”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

Vivendi: grupp għall-midja u komunikazzjoni b'attivitajiet fil-mużika, it-TV, iċ-ċinema, it-telekomunikazzjoni, l-Internet u s-settur tal-logħob. B'mod partikolari, Vivendi għandha l-kontroll ta' Vivendi Games li tiżviluppa u tippubblika s-software għal-logħob,

Activision: tiżviluppa, tippubblika u tiddistribwixxi s-software għal-logħob.

3.

Wara analiżi preliminari l-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart'ijiem mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5008 — Vivendi/Activision, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top