EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/058/02

Minuti tas-seduta ta' nhar it-tlieta, l- 20 ta' Novembru 2007

ĠU C 58, 1.3.2008, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 58/3


MINUTI TAS-SEDUTA TA' NHAR IT-TLIETA, L-20 TA' NOVEMBRU 2007

(2008/C 58/02)

(Is-seduta nfetħet fid-9.20 a.m.)

IPPRESIEDA: Is-Sur RADEMBINO-CONIQUET

Ko-President

Il-Ko-President fakkar lill-Membri li l-iskadenza għat-talbiet relatati mal-metodi tal-votazzjoni kienet nhar l-Erbgħa, il-21 ta' Novembru 2007, fis-6 p.m.

1.   Sostituti

Il-Ko-President ħabbar is-sostituti li ġejjin: Attard-Montalto (għal Ferreira), Battilocchio (għal McAvan), Berman (għal Arif), Czarnecki (għal Aylward), Hutchinson (għal Rosati), Klass (għal Gaubert), Leinen (għal Zani), Maldeikis (għal Zíle), Neris (għal Bullmann) u Zapalowski (għal Bielan).

2.   Rapport mis-Sur Martin Magga (il-Gżejjer Solomon) u mis-Sur John Bowis — Aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-mediċini, b'mira partikulari fuq mard li ma jingħatax l-attenzjoni meħtieġa (ACP-EU/100.083/07/fin.)

Is-Sur Bowis ippreżenta r-rapport.

Kelliema: Mitchell, Thwala (is-Sważiland), Jardim Fernandes, Assarid (il-Mali), Aubert, Novak, Sithole (il-Możambik), Agnoletto, Issoufou (in-Niġer), Roithova, William (is-Seychelles), Haug, Cashman, Sall (is-Senegal), Bie Bongenge (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Lahai (is-Sierra Leone) u Baum (Kummissjoni Ewropea).

Is-Sur Bowis għalaq id-dibattitu.

3.   Dokumenti Strateġiċi Nazzjonali u Reġjonali għall-10 EDF: dibattitu (mingħajr riżoluzzjoni)

Kelliema: Ko-President Kinnock, Thwala (is-Sważiland), Assarid (il-Mali), Carlotti, Mafura (il-Lesoto), Said (il-Ġibuti), Sall (is-Senegal), William (is-Seychelles), Sebetela (il-Botswana) u Baum (Kummissjoni Ewropea).

4.   Suġġett Nru. 2 li jeħtieġ attenzjoni immedjata: Is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikulari fil-Lvant, u l-impatt tagħha fuq ir-reġjun

Kelliema: Schröder, Issoufou (in-Niġer), Hutchinson, Bounkoulou (ir-Repubblika tal-Kongo), Van Hecke, Baah (il-Gana), Aubert, Berend, Carlotti, Polisi (ir-Rwanda), de Sousa (l-Angola), Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) u Baum (Kummissjoni Ewropea).

5.   L-Istrateġija UE-Afrika u s-Samit UE-Afrika: dibattitu (mingħajr riżoluzzjoni)

Kelliema: Baum (Kummissjoni Ewropea), Martens, Deerpalsing (il-Mawrizju), Hutchinson, Assarid (il-Mali), Mafura (il-Lesoto), O. Schmidt, Sall (is-Senegal), Toga (l-Etjopja), Berman, Amou-Ago (il-Kosta ta' l-Avorju), Zimmer, Yaw Baah (il-Gana), Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Wieland, Abdou (in-Niġer) u Jardim Fernandes.

(Is-seduta ngħalqet fis-12.45 p.m.)

René RADEMBINO-CONIQUET u

Glenys KINNOCK

Ko-Presidenti

Sir John KAPUTIN u

Dietmar NICKEL

Ko-Segretarji Ġenerali


Top