EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/055/17

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5065 — AXA/CDC/Portefeuille Accor) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 55, 28.2.2008, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 55/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5065 — AXA/CDC/Portefeuille Accor)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 55/17)

1.

Fl-20 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi AXA Real Estate Investment Managers France (“AXA REIM”, Franza), ikkontrollati mill-Groupe AXA, France u minn Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, permezz ta' mezzi ta' investiment, il-kontroll konġunt ta' parti min-negozju ta' lukandi Accor Global (“Portefeuille Accor”, Franza), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal AXA: protezzjoni finanzjarja, immaniġġjar ta' proprjetà immobbli,

għal CDC: assikurazzjoni, proprjetà immobbli, investiment u servizzi kapitali,

għal Accor Global: negozju ta' lukandi u turizmu,

għal Portefeuille Accor: immaniġġjar ta' proprjetà ta' lukandi fi Franza u fl-Iżvizzera.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. F'konformità man-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min wieħed jinnota li dan il-każ huwa kandidat għal trattament skond il-proċedura mfissra fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jistgħu jagħmlu dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10t'ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lilll-Kummissjoni bil-feks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5065 — AXA/CDC/Portefeuille Accor, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top