Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/035/11

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5038 — Telefónica/Turmed/Rumbo) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 35, 8.2.2008, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 35/30


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5038 — Telefónica/Turmed/Rumbo)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 35/11)

    1.

    Fit-30 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Turmed, S.L. (“Turmed”, Spanja), integrata fill-korporazzjoni Orizonia (“Orizonia”, Spanja), u Telefónica, S.A. (“Telefónica”, Spanja) jakkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll konġunt ta' l-impriża Red Universal de Marketing y Booking Online, S.A. (“Rumbo”, Spanja), li hija, s'issa, kkontrollata b'mod konġunt mill-grupp Amadeus IT, S.A. (“Amadeus”, Spanja) u Terra Networks Asociados, S.L. (“TNA”, Spanja), li hija 100 % sussidjarja ta' Telefónica, permezz ta' xiri ta' ishma.

    It-tranżazzjoni tinkludi wkoll il-bejgħ ta' Viajar.com Viajes, S.L.U. (“Viajar.com”, Spanja), ikkontrollata minn Orizonia, u ta' Terra Business Travel, S.A. (“Terra Business Travel”), ikkontrollata minn TNA, lil Rumbo.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Turmed/Orizonia: fornituri ta' servizzi tat-turiżmu, li jinkludu servizzi ta' operatur ta' l-ivvjaġġar għal destinazzjonijiet fl-istati Membri ta' l-UE u barra mill-UE kif ukoll servizzi ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar permezz ta' Viajes Iberia u Viajar.com, trasport ta' turisti b'titjiriet ċarter u arranġamenti ta' kruċieri,

    għal Telefónica: fornitur ta' servizzi ta' telekommunikazzjoni,

    għal TNA: fornitur ta' servizzi ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar permezz ta' l-internet u aġenziji ta' l-ivvjaġġar tradizzjonali,

    għal Terra Business Travel: fornitur ta' servizzi ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar permezz ta' l-internet u aġenziji ta' l-ivvjaġġar tradizzjonali,

    għal Rumbo: servizzi ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar permezz ta' l-internet.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5038 — Telefónica/Turmed/Rumbo, fl-indirizz li ġej:

    Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top