Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/031/14

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5023 — Cofatech Servizi/Edison) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 31, 5.2.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 31/18


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5023 — Cofatech Servizi/Edison)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 31/14)

    1.

    Fil-25 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Cofatech Servizi SpA (“Cofatech Servizi”, l-Italja) li tappartjeni lill-grupp Gaz de France (“Gaz de France”, Franza) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' parti minn Edison SpA (“Edison”, l-Italja) attivi fil-ġenerazzjoni ta' l-elettriku (“the Target”, l-Italja) permezz ta' xiri ta' assi u ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Cofatech Servizi: il-ġestjoni ta' l-enerġija, servizzi ta' installazzjoni u manutenzjoni fl-Ewropa,

    għal Gaz de France: il-forniment ta' gass u elettriku fl-Ewropa,

    għal Target: il-produzzjoni ta' l-elettriku u stim ikkombinati (koġenerazzjoni termoelettrika) fl-Italja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5023 — Cofatech Servizi/Edison, f'dan l-indirizz:

    Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top