Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/297/89

    Kawża T-386/07: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Ottubru 2007 — Peek & Cloppenburg vs L-UASI — Redfil (Agile)

    ĠU C 297, 8.12.2007, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 297/44


    Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ottubru 2007 — Peek & Cloppenburg vs L-UASI — Redfil (Agile)

    (Kawża T-386/07)

    (2007/C 297/89)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Peek & Cloppenburg (Ħamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde, A. Renck u V. von Bomhard, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Redfil SL (Barċellona, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni ta' t-Tieni Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Lulju 2007 fil-Każ Nru R 1324/2006-2; u

    tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Redfil SL

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Agile” għall-prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 — Applikazzjoni Nru 2 659 456

    Proprjetarja tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Komunitarja u nazzjonali “Aygill's” għall-prodotti fil-klassijiet 3, 6, 8, 9, 11, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 27 u 28

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet kompletament milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ġiet annullata u l-oppożizzjoni ġiet kompletament miċħuda

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94


    Top