Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/297/74

    Kawża T-45/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 25 ta' Ottubru 2007 — Riva Acciaio vs Il-Kummissjoni ( Akkordji — Produtturi ta' vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 65 KEFA — Deċiżjoni bbażata fuq it-Trattat KEFA wara l-iskadenza ta' l-imsemmi Trattat — Inkompetenza tal-Kummissjoni )

    ĠU C 297, 8.12.2007, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 297/36


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Ottubru 2007 — Riva Acciaio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-45/03) (1)

    (“Akkordji - Produtturi ta' vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 65 KEFA - Deċiżjoni bbażata fuq it-Trattat KEFA wara l-iskadenza ta' l-imsemmi Trattat - Inkompetenza tal-Kummissjoni’)

    (2007/C 297/74)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Riva Acciaio SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Pappalardo, M. Merola, M. Pappalardo u F. Martin, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u A. Whelan, bħala aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

    Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: I Braguglia u M. Fiorilli, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 5087 finali, tas-17 ta' Diċembru 2002, dwar proċedura skond l-Artikolu 65 KEFA (COMP/37.956 — Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit).

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 5087 finali, tas-17 ta' Diċembru 2002, dwar proċedura skond l-Artikolu 65 KEFA (COMP/37.956 — Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit), hija annullata fir-rigward ta' Riva Acciaio SpA.

    2)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Riva Acciaio.

    3)

    Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 101, 26.4.2003.


    Top