Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/297/48

    Kawża C-458/07: Rikors imressaq fl- 10 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

    ĠU C 297, 8.12.2007, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 297/30


    Rikors imressaq fl-10 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-458/07)

    (2007/C 297/48)

    Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Andrade u G. Braun, bħala aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

    Talbiet

    tiddeċiedi li, billi m'assiguratx li ta' l-anqas direttorju wieħed komprensiv u ta' l-anqas direttorju komprensiv tat-telefon tas-servizzi ta' konsultazzjoni jkunu disponibbli, fil-prattika, għall-utenti finali kollha, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 25(1) u (3) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/22/KE tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (1), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva, u

    tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Fil-Portugall, l-abbonati tal-Vodafone li wrew ir-rieda li isimhom jidher fid-direttorju tas-servizz universali baqgħu ma jidhrux fih.

    L-awtorità regolatorja, l'ANACOM, qatt ma ddeċidiet fuq il-format u l-metodi biex twassal l-informazzjoni in kwistjoni. Is-sitwazzjoni legali preżenti taqa' taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istat Portugiż.


    (1)  ĠU L 108, p. 51.


    Top