Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/297/15

Kawża C-179/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) ta' l- 4 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa — Evalwazzjoni ta' l-implikazzjonijiet fuq l-ambjent)

ĠU C 297, 8.12.2007, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 297/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) ta' l-4 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-179/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Evalwazzjoni ta' l-implikazzjonijiet fuq l-ambjent)

(2007/C 297/15)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: D. Recchia, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia u G. Fiengo, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 6(3) u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7) — Nuqqas li jagħmel evalwazzjoni ta' l-impatt fuq iż-żona ta' protezzjoni speċjali IT 9120007 Murgia Alta minn numru ta' kostruzzjonijiet industrijali

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 143, 17.6.2006.


Top