Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/297/05

    Kawża C-186/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l- 4 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Monopolju nazzjonali ta' bejgħ bl-imnut ta' xorb alkoħoliku — Projbizzjoni ta' l-importazzjoni minn individwi)

    ĠU C 297, 8.12.2007, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 297/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l-4 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

    (Kawża C-186/05) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Monopolju nazzjonali ta' bejgħ bl-imnut ta' xorb alkoħoliku - Projbizzjoni ta' l-importazzjoni minn individwi)

    (2007/C 297/05)

    Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Ström van Lier u S. Pardo Quintillán, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja (rappreżentant: K. Wistrand, aġent)

    Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: E. Bygglin, aġent)

    Suġġett tal-kawża

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 28 u 30 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar monopolju nazzjonali ta' bejgħ bl-imnut ta' xorb alkoħoliku li tipprojbixxi l-importazzjoni diretta ta' l-imsemmija xorb minn individwi

    Dispożittiv

    1)

    Billi pprojbixxa l-importazzjoni tax-xorb alkoħoliku minn persuni privati, li jaġixxu permezz ta' intermedjarji indipendenti jew permezz ta' trasportaturi professjonali magħżula minnhom, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 28 KE, mingħajr ma din il-projbizzjoni tista' tiġi kkunsidrata bħala ġġustifikata skond l-Artikolu 30 KE.

    2)

    Ir-Renju ta' l-Iżvezja huwa ordnat ibati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 171, 9.7.2005.


    Top