EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/294/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4886 — Petroplus/Shell French Refineries) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 294, 6.12.2007, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 294/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4886 — Petroplus/Shell French Refineries)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 294/10)

1.

Fit-28 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Petroplus Marketing AG (“Petroplus”, l-Svizzera) ikkontrollata min Petroplus Holdings AG (“Petroplus Holding”, l-Svizzera) takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta Petit Couronne u Reichstett Refineries ta' Shell Sociéte des Pétroles Shell SAS (“Shell French Refineries”, Franza) permezz tax-xiri ta' assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma :

Għal Petroplus: vettura ta' akkwist;

Għal Petroplus Holding: Ir-raffinament, il-ħażna, is-suq u kummerċ internazzjonali ta' żejt mhux raffinat u prodotti oħra tal-pitrolju;

għal Shell French Refineries: Ir-raffinament ta' żejt mhux raffinat u l-kummerċjalizzazzjoni bl-ingrossa ta' karburanti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 — 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4886 — Petroplus/Shell French Refineries, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004 p. 1

(2)  ĠU C 56, 05.3.2005 p. 32


Top