This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/283/81
Case F-94/07: Action brought on 21 September 2007 — Rebizant and Others v Commission
Kawża F-94/07: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Settembru 2007 — Rebizant et vs Il-Kummissjoni
Kawża F-94/07: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Settembru 2007 — Rebizant et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 283, 24.11.2007, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 283/45 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Settembru 2007 — Rebizant et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-94/07)
(2007/C 283/81)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jean Rebizant (Karlsruhe, il-Ġermanja) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J-N. Lois, E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
— |
tiddikjara l-illegalità tad-deċizjoni li titstabbilixxi l-limiti minimi ta' promozzjoni lejn il-grad AD 13 applikabbli għall-uffiċjali li jaqgħu taħt il-baġit ta' Riċerka/Ċentru komuni ta' riċerka (CCR), u tal-baġit Operazzjoni; |
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità ta' Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AD 13 taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2006; |
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw l-argumenti li ġejjin:
— |
il-ksur ta' l-Artikolu 5(5) tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (ir-Regolamenti); |
— |
il-ksur ta' l-Artikolu 6(2) tar-Regolamenti kif ukoll ta' l-Artikolu 9 ta' l-Anness XIII tiegħu; |
— |
il-ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali. |
Ir-rikorrenti jispeċifikaw li billi ġie ffissat għal 98,5 il-limitu minimu ta' promozzjoni lejn il-grad AD13 għall-uffiċjali li jaqgħu taħt il-baġit tar-Riċerka u l-baġit CCR, il-Kummissjoni ma ħaditx in kunsiderazzjoni, minn naħa, postijiet ta' impjieg li, skond l-Artikolu 9 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti, kienu effettivament vakanti fid-DĠ Riċerka u DĠ CCR u, min-naħa l-oħra, tan-natura speċifika tas-sitwazzjoni ta' l-uffiċjali li jaqgħu taħt dawn il-baġits.
Ir-rikorrenti jsostnu li fin-nuqqas ta' dan, il-Kummissjoni injorat id-deċiżjoni tagħha ta' l-20 ta' Lulju 2005, dwar il-metodi relatati mal-proċedura ta' promozzjoni ta' l-uffiċjali rremunerati mill-parti tar-riċerka tal-baġit ġenerali, deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli li jiggarantixxu l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-uffiċjali tad-diversi baġits.