EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/283/59

Kawża T-361/07 P: Appell imressaq fid- 19 ta' Lulju 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija fil- 5 ta' Lulju 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-25/06, Ider et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 283, 24.11.2007, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 283/32


Appell imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija fil-5 ta' Lulju 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-25/06, Ider et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-361/07 P)

(2007/C 283/59)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Lozano Palacios, aġenti)

Il-partijiet l-oħra fil-kawża: B. Ider (Halle, il-Belgju), M.-C. Desorbay (Meise, il-Belgju), L. Noschese (Braine-le Château, il-Belgju)

Talbiet ta' l-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-5 ta' Lulju 2007, fil-kawża F-25/06;

terġa' tibgħat il-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tirriżerva l-ispejjeż;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-5 ta' Lulju 2007, fil-kawża F-25/06 u, filwaqt li tiddeċiedi l-kawża hija stess, tilqa' t-talbiet imressqa mill-konvenuta fl-ewwel istanza u, b'hekk, tiċħad ir-rikors fil-kawża F-25/06; tikkundanna lill-appellati jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tas-sentenza tal-5 ta' Lulju 2007 mogħtija fil-kawża F-25/06, Ider et vs Il-Kummissjoni, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) annulla d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni stabbiliet il-klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni tas-Sinjura Ider abbażi tal-kuntratt ta' aġent kuntrattwali. Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza, ex-impjegati taħt id-dritt Belġjan, ġew impjegati bħala aġenti inkarigati minn xogħlijiet ta' eżekuzzjoni wara tibdil fis-sistema applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet.

L-ewwel aggravju invokat mill-Kummissjoni in sostenn ta' l-appell tagħha huwa bbażat fuq żball ta' dritt safejn, it-Tribunal għas-Servizz Publiku fisser ħażin il-portata tal-prinċipju ta' trattament ugwali fl-interpretazzjoni tiegħu tad-dispożizzjonijiet applikabbli, b'mod partikolari, fir-rigward tal-kunċett adottat mill-Kummissjoni li jikkonsisti fl-integrazzjoni tal-benefiċċji tal-familja fil-kunċett ta' remunerazzjoni.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta' motivazzjoni safejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku baqa' sieket dwar il-kunċett ta' remunerazzjoni.


Top