EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/283/42
Case C-448/07 P: Appeal brought on 27 September 2007 by Ayuntamiento de Madrid and Madrid Calle 30, SA against the order of the Court of First Instance (Fourth Chamber) delivered on 12 July 2007 in Case T-177/06 Ayuntamiento de Madrid and Madrid Calle 30, SA v Commission of the European Communities
Kawża C-448/07 P: Appell imressaq fis- 27 ta' Settembru 2007 minn Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30, SA kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fit- 12 ta' Lulju 2007 fil-Kawża T-177/06 Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Kawża C-448/07 P: Appell imressaq fis- 27 ta' Settembru 2007 minn Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30, SA kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fit- 12 ta' Lulju 2007 fil-Kawża T-177/06 Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 283, 24.11.2007, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 283/23 |
Appell imressaq fis-27 ta' Settembru 2007 minn Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30, SA kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fit-12 ta' Lulju 2007 fil-Kawża T-177/06 Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-448/07 P)
(2007/C 283/42)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30, SA (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra u R. González-Gallarza Granizo, abogados)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla d-digriet ta' inammissibbilità tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Lulju 2007, Kawża T-177/06 Ayuntamiento de Madrid y Madrid Calle 30, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. |
— |
Tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza għas-sentenza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fid-digriet ikkontestat il-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat inammissibbli r-rikors imressaq mill-Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30, SA li permezz tiegħu hija talbet l-annullament tal-klassifika ta' Madrid Calle 30 fis-settur ta' “amministrazzjonijiet pubbliċi” li l-Kummissjoni (Eurostat) għamlet konformament mas-“Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995” (SEK 95) misjuba fl-Anness A tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 (1)tal-25 ta' Ġunju 1996. Din il-klassifika kienet tirriżulta mill-kontijiet ippublikati mill-Kummissjoni (Eurostat) fl-24 ta' April 2006 fejn użat l-informazzjoni ta' l-2005 fuq l-iżbilanċ u d-dejn tal-Gvern għall-applikazzjoni tal-Protokol dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv, anness mat-Trattat KE. L-imsemmija kontijiet jidhru fil-komunikat 48/2006 tal-Kummissjoni (Eurostat).
Ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat meta kkunsidrat li l-komunikat istampa Nru 48/2006 ma kienx jikkostitwixxi deċiżjoni impliċita tal-Kumissjoni (eurostat) b'effetti legali vinkolanti u għaldaqstant ma kienx att legali li seta' jiġi kkontestat.
In sostenn ta' l-appell tagħhom, l-appellanti jenfasiżżaw ir-rwol ċentrali tal-Kummmissjoni(Eurostat) fl-approvazzjoni finali ta' l-iżbilanċ tal-Gvern u tad-dejn ta' l-Istati Membri, fondata mhux biss fuq il-leġiżlazzjoni rilevanti (Artikolu 104 KE, il-Protokol dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 (2) tat-22 Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (3)) iżda wkoll fuq l-istruttura istituzzjonali tas-sistema regolatorja.
L-appellanti jikkunsidraw li fid-digriet appellat il-Qorti tal-Prim'Istanza waslet għal konklużjoni żbaljata meta ma aċċettatx li l-Kummissjoni (Eurostat) hija obbligata li tivverifika jekk il-kontijiet tal-Gvern humiex kompatibbli mar-regoli ta' kontabbilità ta' SEK 35 qabel il-publikazzjoni ta' l-informazzjoni fuq l-iżbilanċ tal-Gvern u fuq id-dejn ta' l-Istati Membri. L-appellanti jżidu li n-nuqqas ta' riżervi u/jew emendi da parti tal-Kummissjoni (Eurostat) fiż-żmien rilevanti imsemmi fir-Regolament KE Nru 3605/93, kif emendat, jimplika li l-att li ġie approvat mingħajr riżervi u/jew emendi jsir finali u għaldaqstant jikkostitwixxi att legali li jista' jiġi kkontestat. Minbarra dan, l-appellanti jsostnu li l-att in kwistjoni jinvolvi effetti legali b'konsegwenzi konsiderevoli f'diversi materji, per eżempju, fir-rigward tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv jew il-procedura tal-Fondi Strutturali.
(1) Dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, p.1).
(2) ĠU L 332, p.7.
(3) Tat- 12 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3605/93 fir-rigward tal-kwalità tad-data statistika fil-kuntest tal-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv.