Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/283/34

    Kawża C-422/07: Rikors imressaq fit- 13 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

    ĠU C 283, 24.11.2007, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 283/19


    Rikors imressaq fit-13 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

    (Kawża C-422/07)

    (2007/C 283/34)

    Lingwa tal-kawża:L-Ispajnol

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillan u D. Recchia, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

    Talbiet

    tiddikjara li r-Renju ta' Spanja, billi ma adottax il-miżuri neċessarji għall-kontroll tar-rispett tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju fir-rigward ta' l-ispezzjonijiet u l-verifiki ta' l-istudji fis-settur tal-prodotti kimiċi industrijali, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2004/10/KE (1) tal-11 ta' Frar 2004, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni ta' l-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi;

    tikkundanna lir-Renju ta' Spanja jbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Skond il-Kummissjoni fi Spanja ma ġewx adottati l-miżuri neċessarji għall-kontroll tar-rispett tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju fir-rigward ta' l-ispezzjonijiet u l-verifiki ta' l-istudji fis-settur tal-prodotti kimiċi industrijali. Fi Spanja ma ġiet imwaqqfa l-ebda awtorità inkarigata mill-kontroll ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba ta' laboratorju min-naħa tal-laboratorji msemmija iktar 'il fuq jew, f'kull każ, l-isem ta' l-imsemmija awtorità ma ġiex ikkomunikat lill-Kummissjoni.

    Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li r-Renju ta' Spanja għadu ma adottax il-miżuri neċessarji għall-kontroll tar-rispett tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju fir-rigward ta' l-ispezzjonijiet u l-verifiki ta' l-istudji fis-settur tal-prodotti kimiċi għall-industrija, skond l-Artikolu 3 tad-direttiva.


    (1)  ĠU L 50, p. 44.


    Top