EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/283/33

Kawża C-419/07: Rikors imressaq fit- 12 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

ĠU C 283, 24.11.2007, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 283/18


Rikors imressaq fit-12 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-419/07)

(2007/C 283/33)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Mojzesowicz u V. Bottka, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja

Talbiet tal-parti rikorrenti

tiddikjara li, billi naqas milli jimplementa korrettament l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta' Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (1) (id-Direttiva tal-Kompetizzjoni), ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu;

tikkundanna lir-Renju ta' l-Iżvezja jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-linċenzji ta' xandir diġitali maħruġa mill-Gvern Żvediż huma miżuri ta' l-Istat li, inter alia, jirregolaw l-użu ta' servizzi ta' xandir diġitali u b'hekk indirettament il-provvista ta' tali servizzi fir-Renju ta' l-Iżvezja. Ir-rekwiżit fil-liċenzji validi attwalment li l-proprjetarju tal-liċenzja għandu jikkonforma ruħu mas-Sezzjoni 2 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni indirettament jagħti lill-kumpannija ta' l-Istat Boxer, monopolju għas-servizzi li jikkontrollaw l-aċċess (inkluż l-ikkodifikar), kontra l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kompetizzjoni. Il-ħtieġa ta' l-obbligu ta' konformità ma' din is-sezzjoni għaldaqstant tostakola lill-impriżi interessati li joffru gamma kompleta ta' servizzi ta' xandir diġitali milli jgawdu mid-drittijiet li l-Artikolu 2(2) u (3) hu intiż biex jiggarantilhom. Il-Kummissjoni għaldaqstant tinnota li l-Iżvezja naqset milli timplementa korrettament id-Direttiva tal-Kompetizzjoni fis-sistema legali nazzjonali tagħha fir-rigward ta' servizzi ta' trasferiment u xandir diġitali fuq in-netwerk terrestri.


(1)  ĠU 2002 L 249, p. 21.


Top