EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/283/27

Kawża C-410/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Giessen (il-Ġermanja), fit- 3 ta' Settembru 2007 — Olaf Amadeus Wilhelm Happel vs Wetteraukreis

ĠU C 283, 24.11.2007, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 283/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Giessen (il-Ġermanja), fit-3 ta' Settembru 2007 — Olaf Amadeus Wilhelm Happel vs Wetteraukreis

(Kawża C-410/07)

(2007/C 283/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Giessen.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Olaf Amadeus Wilhelm Happel

Konvenut: Wetteraukreis.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-eżistenza ta' monopolju ta' l-Istat relattiv għal logħob ta' l-ażżard partikolari, bħal per eżempju l-imħatri fuq l-isport, fejn fl-Istat Membru kkonċernat ma jkunx hemm politika koerenti u sistematika sabiex tillimita l-logħob ta' l-ażżard, b'mod partikolari minħabba li l-organizzaturi li jkunu ngħataw liċenzja mill-Istat jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni f'logħob ta' l-ażżard ieħor — bħal lotteriji ta' l-Istat u logħob fil-każinò — u, minbarra dan, minħabba li logħob ieħor li potenzjalment jista' joħloq l-istess livell jew livell ogħla ta' riskju ta' dipendenza — bħall-imħatri fuq avvenimenti sportivi partikolari (bħat-tiġrijiet taż-żwiemel) u s-slot machines — jista' jiġi pprovdut minn fornituri ta' servizzi privati?

2)

L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-korpi kompetenti ta' l-Istati Membri għall-organizzazzjoni ta' mħatri fuq l-isport, li mhumiex limitati għat-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat, jagħtu dritt lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni u lit-terzi inkarigati minnu li jagħmlu u jimplementaw offerti għall-konklużjoni ta' kuntratti anki fit-territorju ta' Stati Membri oħra mingħajr il-ħtieġa ta' awtorizzazzjonijiet nazzjonali addizzjonali?


Top