Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/283/10

    Kawża C-372/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis- 6 ta' Awwissu 2007 — Nicole Hassett u Cheryl Doherty kif ukoll The Medical Defence Union Limited u MDU Services Limited vs Raymond Howard u Brian Davidson

    ĠU C 283, 24.11.2007, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 283/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-6 ta' Awwissu 2007 — Nicole Hassett u Cheryl Doherty kif ukoll The Medical Defence Union Limited u MDU Services Limited vs Raymond Howard u Brian Davidson

    (Kawża C-372/07)

    (2007/C 283/10)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court, l-Irlanda

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Nicole Hassett u Cheryl Doherty/The Medical Defence Union Limited u MDU Services Limited.

    Konvenuti: Raymond Howard u Brian Davidson.

    Domandi preliminari

    Fejn tobba jiffurmaw sindakat professjonali taħt il-forma ta' kumpannija, irreġistrata skond il-liġijiet ta' Stat Membru, sabiex tipprovdi assistenza u indennizz għall-membri tiegħu li qed jippratikaw f'dak l-Istat u fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-prattika professjonali tagħhom, u l-provvista ta' din l-assistenza jew indennizz tiddependi fuq it-teħid ta' deċiżjoni mill-Bord tad-Diretturi ta' dik il-kumpannija, skond l-istatut ta' assoċjazzjoni tagħha, fis- setgħa diskrezzjonali assoluta tiegħu, il-proċedimenti li fihom deċiżjoni li tirrifjuta, skond dan l-istatut, assistenza jew indennizz lil tabib li qed jipprattika fi Stat Membru ieħor hija kkontestata minn dak it-tabib abbażi ta' ksur, mill-kumpannija, ta' drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn tat-tabib ikkonċernat, għandhom ikunu kkunsidrati bħala proċedimenti li s-suġġett tagħhom huwa l-validità ta' deċiżjoni ta' organu ta' dik il-kumpannija għall-għanijiet ta' l-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), sabiex il-qrati ta' l-Istat Membru li fih din il-kumpannija għandha s-sede tagħha għandhom kompetenza esklużiva?


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, ĠU L 12, p. 1.


    Top