Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/283/02

Kawża C-351/04: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 27 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Ikea Wholesale Ltd vs Commissioners of Customs & Excise (Dumping — Importazzjonijiet ta' lożor u mħaded tal-qoton provenjenti mill-Eġittu, mill-Indja u mill-Pakistan — Regolament (KE) Nru 2398/97 — Regolament (KE) Nru 1644/2001 — Regolament (KE) Nru 160/2002 — Regolament (KE) Nru 696/2002 — Rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet tal-korp responsabbli għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK) — Effetti ġuridiċi — Regolament (KE) Nru 1515/2001 — Retroattività — Rifużjoni ta' dazji mħallsa)

ĠU C 283, 24.11.2007, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 283/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Ikea Wholesale Ltd vs Commissioners of Customs & Excise

(Kawża C-351/04) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta' lożor u mħaded tal-qoton provenjenti mill-Eġittu, mill-Indja u mill-Pakistan - Regolament (KE) Nru 2398/97 - Regolament (KE) Nru 1644/2001 - Regolament (KE) Nru 160/2002 - Regolament (KE) Nru 696/2002 - Rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet tal-korp responsabbli għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK) - Effetti ġuridiċi - Regolament (KE) Nru 1515/2001 - Retroattività - Rifużjoni ta' dazji mħallsa)

(2007/C 283/02)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ikea Wholesale Ltd

Konvenuta: Commissioners of Customs & Excise

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/97 tat-28 ta' Novembru 1997, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta' bjankerija tas-sodda magħmula mill-qoton u li toriġina mill-Eġittu, l-Indja u l-Pakistan (ĠU L 332, p. 1) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1644/2001 tas-7 ta' Awissu 2001, li jemenda r-Regolament Nru 2398/97/KE u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu għal dak li jikkonċerna l-importazzjoni li toriġina mill-Indja (ĠU L 219, p.1) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 160/2002 tat-28 ta' Jannar 2002, li jemenda r-Regolament Nru 2398/97/KE u li jwaqqaf il-proċedura għal dak li jikkonċerna l-importazzjoni li toriġina mill-Pakistan (ĠU L 26, p.1) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 696/2002 tat-22 ta' April 2002 li jikkonferma d-dazju definittiv kontra d-dumping impost fuq l-importazzjoni ta' bjankerija tas-sodda magħmula mill-qoton u li toriġina mill-Indja, skond ir-Regolament Nru 2398/97/KE (ĠU L 109, p.3)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2398/97 tat-28 ta' Novembru 1997 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-lożor u mħaded tal-qoton provenjenti mill-Eġittu, mill-Indja u mill-Pakistan huwa invalidu safejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea applika, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-marġni ta' dumping li jirrigwarda l-prodotti kkonċernati mill-investigazzjoni, il-metodu tar-“riduzzjoni għal żero” tal-marġni ta' dumping negattiv għal kull waħda mill-klassijiet ta' prodotti kkonċernati.

2)

Importatur, bħal dak in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li quddiem qorti nazzjonali jkun ressaq rikors kontra d-deċiżjonijiet li permezz tagħhom huwa ġie ordnat iħallas dazji antidumping abbażi tar-Regolament Nru 2398/97, li ġie ddikjarat invalidu f'din is-sentenza, għandu, bħala prinċipju, id-dritt li jagħmel użu minn din l-invalidità fil-kuntest tal-kawża prinċipali sabiex jikseb ir-rifużjoni ta' dawn id-dazji skond l-Artikolu 236(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.


(1)  ĠU C 262, 23.10.2004.


Top