EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/277/07

Avviż li jistideden proposti għad-deżinjazzjoni ta' żoni ta' estrazzjoni għall-produzzjoni ta' l-idrokarburi

ĠU C 277, 20.11.2007, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/10


Avviż li jistideden proposti għad-deżinjazzjoni ta' żoni ta' estrazzjoni għall-produzzjoni ta' l-idrokarburi

(2007/C 277/07)

L-Uffiċċju Minerarju Distrettwali fi Bratislava, skond is-Sezzjoni 24(4) ta' l-Att Nru 44/1998 Coll. dwar il-protezzjoni u l-użu ta' riżorsi minerali (l-Att dwar il-Minjieri), kif emendat bl-Att Nru 498/1991 Coll. tal-Kunsill Nazzjonali Slovakk, l-l-Att Nru 219/2007 Coll., b'dan javza li r-Repubblika Slovakka qiegħda tniedi, via l-Uffiċċju Minerarju Distrettwali fi Bratislava bħala l-awtorità kompetenti, proċedura ta' selezzjoni għall-allokazzjoni/deżinjazzjoni ta' żoni ta' estrazzjoni għall-isfruttament tal-gass naturali (depożiti tar-Repubblika Slovakka), skond l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi, u jistieden partijiet interessati biex jippreżentaw proposti għad-deżinjazzjoni/allokazzjoni taż-żoni ta' estrazzjoni li ġejjin:

1.   Depożitu Špačince — Bohunice (Depożitu Nru 14)

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta'referenza: Bohunice/101/A

Il-medda taż-żona ta' estrazzjoni f'm2

89 999,75

Tip ta' materjal:

gass naturali

Kobor tar-riservi ġeoloġiċi

70 000 000 m3 li minnhom 49 000 000 m3 huma kategorija vijabbli Z2, depożiti ħielsa 21 000 000 m3 huma fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ — numru ta' identifikazzjoni):

Bohunice (822 400)

Distrett/ kodiċi tad-distrett:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni:

Mindu kienet deżinjata ż-żona ta' estrazzjoni fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni Bohunice:

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudini

Latitudni

1.

17,62603032

48,46504993

2.

17,62377746

48,46729370

3.

17,62715155

48,46879190

4.

17,62940433

48,46654807

2.   Depożitu Špačince — Bohunice I (Depositu Nru 15)

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta'referenza: Bohunice I./101/A

Il-medda taż-żona ta' l-estrazzjoni f'm2

89 997,76

Tip ta' materjal:

gas naturali

Kobor tar-riservi ġeoloġiċi

33 000 000 m3 li minnhom 23 000 000 m3 huma kategorija vijabbli Z2,depożiti ħielsa 10 000 000 m3 huma fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ — numru ta' identifikazzjoni):

Bohunice (822 400)

Distrett/ kodiċi tad-distrett:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni:

Mindu kienet deżinjata ż-żona ta' estrazzjoni fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni Bohunice I

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudini

Latitudni

1.

17,62616647

48,47574676

2.

17,62417458

48,47809730

3.

17,62770997

48,47942165

4.

17,62970175

48,47707106

3.   Depożitu Špačince (Depożitu Nru 13)

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta'referenza: Špačince/098/A

Il-medda taż-żona ta' l-estrazzjoni f'm2

322 923.89

Tip ta' materjal:

gass naturali

Kobor tar-riservi ġeoloġiċi

10 000 000 m3 fil-kategorija potenzjalment vijabbli

Żona tar-Reġistru (IČUTJ — numru ta' identifikazzjoni):

Špačince (861 049)

Distrett/ kodiċi tad-distrett:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni:

Depożiti sfruttati sa l-1996. L-isfruttament ta' depożiti ma ssoktax minn dak iż-żmien.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni Špačince

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudini

Latitudni

I

17,62747682

48,42965402

II

17,62520611

48,43127419

III

17,62404136

48,43947535

IV

17,62728349

48,43967919

V

17,63029415

48,43159405

4.   Madunice — Veľké Kostoľany (depożitu Nru 12)

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta'referenza: Veľké Kostoľany/103/A

Il-medda taż-żona ta' l-estrazzjoni f'm2

855 000

Tip ta' materjal:

gass naturali

Kobor tar-riservi ġeoloġiċi

85 000 000 m3 li minnhom 59 000 000 m3 huma kategorija vijabbli Z2, depożiti ħielsa u 26 000 000 m3 huma fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ — numru ta' identifikazzjoni):

Veľké Kostoľany (868 141)

Distrett/ kodiċi tad-distrett:

Piešťany/204

Stat tas-sit ta' produzzjoni:

Mindu kienet deżinjata ż-żona ta' l-estrazzjoni fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni Veľké Kostoľany

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudini

Latitudni

1.

17,75812592

48,50987684

2.

17,76082136

48,51004290

3.

17,76219538

48,50019246

4.

17,74505428

48,49642573

Il-koordinati ġeografici huma fi gradi deċimali u s-sistema ġeodetika hija WGS-84

Proposti għad-deżinjazzjoni/allokazzjoni taż-żoni ta' estrazzjoni msemmija hawn fuq, bi speċifikazzjoni tad-depożitu u żona ta' estrazzjoni korrispondenti, akkumpanjati bl-informazzjoni fuq il-potenzjal tekniku u finanzjarju ta' l-isfruttament u fuq il-possibbiltà li jissolvew il-konflitti ta' interess relatati ma' l-isfruttament tad-depożiti ta' gass naturali msemmija hawn fuq, b'evidenza li l-applikant għandu l-liċenzja minerarja valida jew liċenzja simili maħruġa minn stat li huwa parti kontraenti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropeja, jistgħu jintbagħtu fl-indirizz li ġej: Obvodný banský úrad v Bratislave, Prievozská 30, SK-821 05 Bratislava, f'envilopp issiġillat immarkat “Návrh do výberového konania” (Proposta għal-proċedura ta' selezzjoni), u b' indikazzjoni ta' l-isem ta' l-entità li qed tippreżenta l-proposta.

Il-proposti jridu jaslu mhux aktar tard minn 90 ġurnata wara d-data tal-publikazzjoni ta' dan l-avviż fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Deċiżjoni fuq il-proposta se tittieħed mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara tmiem dan il-perjodu.

Fl-Uffiċċju Minerarju Distrettwali fi Bratislava (Prievozská 30, SK-821 05 Bratislava), dak li jkun jista' wkoll jikkonsulta mapep li juru l-konfini taż-żoni ta' estrazzjoni msemmija hawn fuq u jieħu kopja tad-deċiżjoni li tiddeżinjahom bħala żoni ta' estrazzjoni.

L-Uffiċċju Minerarju Distrettwali fi Bratislava huwa l-awtorità kompetent ibiex jagħti awtorizzazzjonijiet għall-isfruttament tad-depożiti fiż-żoni ta' estrazzjoni msemmija hawn fuq. Il-kriterji, kondizzjonijiet u rekwiżiti speċifikati fl-Artikoli 5(1) u (2) u 6(2) tad-Direttiva huma stipulati fl-Att Nru 51/1988 Coll. tal-Kunsill Nazzjonali Slovakk dwar l-attivitajiet minerarji, l-isplussivi u l-Amministrazzjoni MInerarja ta' l-Istat, kif emendat bl-Att Nru 499/1991 Coll. tal-Kunsill Nazzjonali Slovakk, l-Att Nru 154/1995 Coll. tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka, l-Att Nru 58/1998 Coll. u l-Att Nru 533/2004 Coll.

Aktar informazzjoni hija disponibbli b'dan in-numru tat-telefon: (421) 2 5341 7309 jew bil-posta elettronika lil: obuba@mail.t-com.sk


Top