Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/276/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4893 — Quebecor World/RSDB) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 276, 17.11.2007, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 276/11


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4893 — Quebecor World/RSDB)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/C 276/10)

    1.

    Fid-9 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Quebecor World Inc. (“Quebecor”, il-Kanada) takkwista l-kontroll uniku ta' l-impriża RSDVB NV (“RSDB”, l-Olanda) kollha, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għall-impriża Quebecor: il-provvista ta' soluzzjonijiet ta' l-istampar;

    għall-impriża RSDB: il-provvista ta' servizzi ta' l-istampar;

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4893 — Quebecor World/RSDB, fl-indirizz li ġej:

    Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top