Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/254/04

    Minuti tas-seduta ta' nhar il-ħamis, it- 28 ta' ġunju 2007
    Anness I Lista alfabetika tal-membri ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta
    Anness II Reġistru ta' l-Attendenza fis-seduta mill- 25 sat- 28 ta' ġunju f'wiesbaden
    Anness III L-anness tas-seduta ta' nhar it-tnejn, il- 25 ta' ġunju 2007
    Anness IV Riżoluzzjonijiet li ġew adottati
    — Riżoluzzjoni dwar governanza tajba, trasparenza u responsabiltà b'rabta ma' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi AKP
    — Riżoluzzjoni dwar it-tnaqqis tal-faqar għall-bdiewa żgħar fil-pajjiżi AKP — b'mod partikolari fis-setturi tal-frott, tal-ħxejjex u tal-fjuri
    — Riżoluzzjoni dwar l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa u l-effett tagħha fuq l-iżvilupp nazzjonali
    — Riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni f'Darfur
    Anness V Emenda tar-regoli ta' proċedura

    ĠU C 254, 26.10.2007, p. 6–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 254/6


    MINUTI TAS-SEDUTA TA' NHAR IL-ĦAMIS, IT-28 TA' ĠUNJU 2007

    (2007/C 254/04)

    (Is-seduta nfetħet fid-9.05 a.m.)

    IPPRESEDIET: Is-Sinjura KINNOCK

    Ko-President

    1.   Sostituti

    Il-Ko-President ħabbar is-sostituti li ġejjin: Badia i Cutchet (għal Arif), Bushill-Mathews (għal Coelho), Goebbels (għal Ferreira), Hutchinson (għal Rosati), Zaleski (għal Gaubert), Zwiefka (għal Langendries).

    2.   Approvazzjoni tal-minuti ta' nhar il-Erbgħa, is-27 ta' Ġunju 2007

    Il-minuti ġew approvati.

    3.   Rapporti fil-qosor mill-workshops

    Is-Sur Ramotar (il-Gujana) dwar l-emigrazzjoni f'koperazzjoni ma' l-Ajruport ta' Frankfurt u l-Ministeru Federali ta' l-Intern tal-Ġermanja (Frankfurt).

    Is-Sinjura Scheele dwar l-immonitorjar tal-bidla fil-klima f'koperazzjoni ma' l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju (Darmstadt).

    Is-Sur Bowis dwar l-aċċess għall-mediċini għal mard li jiġi injorat f'koperazzjoni ma' Sanofi-Aventis (Frankfurt).

    4.   L-analiżi mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta' Speċi ta' Fawna u Flora Slavaġġ li jinsabu f'Periklu ta' Estinzjoni (CITES): dibattitu (mingħajr riżoluzzjoni)

    Is-Sur Baum (Kummissjoni Ewropea) introduċa s-suġġett.

    Kelliema: Mitchell, Mushelenga (in-Namibja), Polisi (ir-Rwanda), Bowis, William (is-Seychelles), Scheele, Ramotar (il-Gujana), McAvan, Sithole (il-Możambik), Mugambe (l-Uganda), Sebetela (il-Botswana), de Sousa (l-Angola).

    Is-Sur Baum (Kummissjoni Ewropea) wieġeb u għalaq id-dibattitu.

    5.   Votazzjoni dwar ir-reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura

    Il-Ko-President fisser il-proċedura tal-votazzjoni.

    Bi qbil ma' l-Artikolu 34 tar-Regoli ta' Proċedura, il-votazzjoni saret minn Kmamar separati. L-emenda ġiet adottata b'mod unanimu miż-żewġt Ikmamar.

    6.   Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti sottomessi mit-tliet kumitati permanenti

    Rapport dwar governanza tajba, trasparenza u responsabiltà b'rabta ma' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi AKP (ACP-EU/3937/07/fin.) — Kumitat għall-Affarijiet Politiċi. Ko-rapporteurs: Evelyne B. Cheron (il-Ħaiti) u Michael Gahler.

    Tħabbret tiswija waħda għall-abbozz tar-riżoluzzjoni. Emenda orali ġiet introdotta mill-ko-rapporteurs. L-emenda orali ġiet adottata. Ir-riżoluzzjoni emendata ġiet adottata b'mod unanimu.

    Rapport dwar it-tnaqqis tal-faqar għall-bdiewa żgħar fil-pajjiżi AKP — b'mod partikolari fis-setturi tal-frott, tal-ħxejjex u tal-fjuri (ACP-EU/100.011/07/fin.) — Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Finanzi u l-Kummerċ. Ko-rapporteurs: Kilontji Mporogomyi (it-Tanzanija) u Carl Schlyter.

    L-emenda 1 ġiet adottata billi saret emenda orali għall-emenda. L-emendi 2, 4, 5, 6, 7 u 8 ġew adottati. Ir-riżoluzzjoni emendata ġiet adottata b'mod unanimu.

    Rapport dwar l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa u l-effett tagħha fuq l-iżvilupp nazzjonali (ACP-EU/100.012/07/fin.) — Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent. Ko-rapporteurs: Sharon Hay Webster (il-Ġamajka) u Luisa Morgantini.

    L-emenda 2 ġiet adottata bħala żieda għall-paragrafu 17. L-emendi 1 u 3 ġew adottati wkoll. Ir-riżoluzzjoni emendata ġiet adottata b'mod unanimu.

    7.   Votazzjoni dwar mozzjonijiet urġenti għal riżoluzzjonijiet

    Mozzjoni urġenti għal riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni f'Darfur (ACP-EU/100.075/07/comp)

    L-emenda 4 ġiet irtirata. L-emendi 1, 2 u 3 ġew adottati.

    Ir-riżoluzzjoni emendata ġiet adottata b'mod unanimu.

    Skond l-Artikolu 16 tar-Regoli ta' Proċedura, is-Sur Darbo (iċ-Ċad) ta spjegazzjoni bil-miktub tal-votazzjoni li tqassmet lill-Membri fl-ilsien oriġinali.

    8.   Affarijiet oħrajn

    Is-Sur Ramotar (il-Gujana) għamel intervent dwar l-installazzjoni ta' sistema ġdida ta' difiża bil-missili fl-Ewropa.

    Is-Sur Straker (San Vinċenz u l-Grenadini) irringrazzja lill-awtoritajiet Ġermaniżi u lis-Sur Gahler għall-ospitalità tagħhom u għall-isforzi kollha tagħhom fl-organizzazzjoni tat-13-il seduta ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta f'Wiesbaden u tal-ġrajjiet soċjali li jakkumpanjawha.

    9.   Data u post ta' l-14-il seduta ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE

    L-14-il seduta tal-JPA se sseħħ mis-17 sat-22 ta' Novembru 2007 f'Kigali (ir-Rwanda).

    (Is-seduta ngħalqet fil-11.10 a.m.)

    Otmar ROGERS u

    Glenys KINNOCK

    Ko-Presidenti

    Sir John KAPUTIN u

    Dietmar NICKEL

    Ko-Segretarji Ġenerali


    ANNESS I

    LISTA ALFABETIKA TAL-MEMBRI TA' L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA

    Rappreżentanti AKP

    Rappreżentanti tal-PE

    RADEMBINO-CONIQUET (IL-GABON), Ko-President

    KINNOCK, Ko-President

    IL-BENIN (VP)

    GAHLER (VP)

    IL-KAMERUN (VP)

    MANTOVANI (VP)

    IL-GINEA EKWATORJALI (VP)

    VERGES (VP)

    IL-GANA (VP)

    CARLOTTI (VP)

    IL-ĠAMAJKA (VP)

    MITCHELL (VP)

    IL-KENJA (VP)

    AUBERT (VP)

    IN-NIUE (VP)

    LULLING (VP)

    IS-SEYCHELLES (VP)

    KAMIŃSKI (VP)

    IL-GŻEJJER SOLOMON (VP)

    POLFER (VP)

    IS-SURINAM (VP)

    MARTÍNEZ MARTÍNEZ (VP)

    IZ-ZAMBJA (VP)

    BOWIS (VP)

    IŻ-ŻIMBABWE (VP)

    GOUDIN (VP)

    L-ANGOLA

    AGNOLETTO

    L-ANTIGWA U BARBUDA

    ALLISTER

    IL-BAĦAMAS

    ARIF

    IL-BARBADOS

    AYLWARD

    IL-BELIŻE

    BEREND

    IL-BOTSWANA

    BORRELL FONTELLES

    IL-BURKINA FASO

    BULLMAN

    IL-BURUNDI

    BUSK

    IL-KAP VERDE

    CALLANAN

    IR-REPUBBLIKA AFRIKANA ĊENTRALI

    CASHMAN

    IĊ-ĊAD

    COELHO

    IL-KOMOROS

    CORNILLET

    IL-KONGO (Ir-Repubblika tal-Kongo)

    DEVA

    IL-KONGO (Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo)

    DILLEN

    IL-GŻEJJER COOK

    DOMBROVSKIS

    IL-KOSTA TA' L-AVORJU

    FERNANDES

    IL-ĠIBUTI

    FERREIRA

    ID-DOMINIKA

    GAUBERT

    IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA

    GOMES

    L-ERITREA

    GRABOWSKA

    L-ETJOPJA

    GRÖNER

    IL-FIĠI

    GURMAI

    IL-GAMBJA

    HALL

    IL-GRENADA

    HAUG

    IL-GINEA

    HERRANZ GARCĺA

    IL-GINEA-BISSAW

    HOLM

    IL-GUJANA

    JÖNS

    IL-ĦAITI

    KACZMAREK

    IL-KIRIBATI

    KORHOLA

    IL-LESOTO

    KOZLIK

    IL-LIBERJA

    LANGENDRIES

    IL-MADAGASKAR

    LEHIDEUX

    IL-MALAWI

    LÓPEZ-ISTÚRIZ WHITE

    IL-MALI

    LOUIS

    IL-GŻEJJER MARSHALL (Ir-Repubblika tal-Gżejjer Marshall)

    MARTENS

    IL-MAWRITANJA

    McAVAN

    IL-MAWRIZJU

    MAYER

    IL-MIKRONESJA (L-Istati Federali tal-Mikronesja)

    MORILLON

    IL-MOŻAMBIK

    NOVAK

    IN-NAMIBJA

    PLEGUEZUELOS AGUILAR

    IN-NAURU (Ir-Repubblika tan-Nauru)

    RIBEIRO E CASTRO

    IN-NIĠER

    ROITHOVÁ

    IN-NIĠERJA

    ROSATI

    IL-PALAU

    SBARBATI

    IL-PAPWA GINEA ĠDIDA

    SCHEELE

    IR-RWANDA

    SCHLYTER

    SAN KITTS U NEVIS

    SCHMIDT F.

    SANTA LUĊIJA

    SCHMIDT O.

    SAN VINĊENZ U L-GRENADINI

    SCHNELLHARDT

    IS-SAMOA

    SCHRÖDER

    SAO TOME u PRINĊIPE

    SORNOSA MARTÍNEZ

    IS-SENEGAL

    SPERONI

    IS-SIERRA LEONE

    STURDY

    IS-SOMALJA

    VAN HECKE

    L-AFRIKA T'ISFEL

    VAN LANCKER

    IS-SUDAN

    VENETO

    IS-SWAŻILAND

    VENTRE

    IT-TANZANIJA

    de VILLIERS

    IT-TIMOR TAL-LVANT

    WIELAND

    IT-TOGO

    WIJKMAN

    IT-TONGA

    ZÁBORSKÁ

    IT-TRINIDAD U TOBAGO

    ZANI

    IT-TUVALU

    ZĪLE

    L-UGANDA

    ZIMMER

    IL-VANWATU

    … (GREENS/EFA)

    KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET POLITIĊI

    Membri AKP

    Membri tal-PE

    NZOMUKUNDA (IL-BURUNDI), Ko-Chairman

    CALLANAN, Ko-Chairman

    LUTUNDULA (IL-KONGO, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), VC

    JÖNS, VC

    DUGUID (IL-BARBADOS), VC

    POLFER, VC

    L-ANGOLA

    CARLOTTI

    IL-BELIŻE

    COELHO

    IL-BENIN

    DILLEN

    IR-REPUBBLIKA AFRIKANA ĊENTRALI

    GAHLER

    IL-GŻEJJER TA' COOK

    GAUBERT

    IL-ĠIBUTI

    GOMES

    IL-GINEA EKWATORJALI

    GRABOWSKA

    IL-FIĠI

    GRÖNER

    IL-GRENADA

    GURMA

    IL-GINEA

    HERRANZ GARCÍA

    IL-ĦAITI

    KACZMAREK

    IL-LIBERJA

    KAMINSKI

    IL-MAWRITANJA

    LÓPEZ ISTÚRIZ

    IN-NAMIBJA

    LOUIS

    IN-NIĠERJA

    MANTOVANI

    IN-NIUE

    MARTÍNEZ MARTÍNEZ

    IL-PAPWA GINEA ĠDIDA

    MORILLON

    SAN VINĊENZ U L-GRENADINI

    SCHMIDT F.

    IS-SUDAN

    VAN HECKE

    IT-TOGO

    VENTRE

    IT-TUVALU

    WIELAND

    L-UGANDA

    ZANI

    IŻ-ŻIMBABWE

    ZIMMER

    KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU, IL-FINANZI U L-KUMMERĊ

    Membri AKP

    Membri tal-PE

    EVERISTUS (SANTA LUĊIJA), Ko-Chairman

    SCHLYTER, Ko-Chairman

    SEBETELA (IL-BOTSWANA), VC

    DOMBROVSKIS, VC

    DARBO (IĊ-ĊAD), VC

    RIBEIRO E CASTRO, VC

    IL-KAMERUN

    AGNOLETTO

    IL-KONGO (Ir-Repubblika tal-Kongo)

    BEREND

    IL-KOSTA TA' L-AVORJU

    BULLMANN

    L-ERITREA

    BUSK

    L-ETJOPJA

    CORNILLET

    IL-GABON

    DEVA

    IL-GANA

    FERREIRA

    IL-GUJANA

    KINNOCK

    IL-KENJA

    KOZLÍK

    IL-MALI

    LANGENDRIES

    IL-MAWRIZJU

    LEHIDEUX

    IL-MIKRONESJA (L-Istati Federali tal-Mikronesja)

    LULLING

    IL-PALAU

    MAYER

    SAN KITTS U NEVIS

    McAVAN

    IS-SAMOA

    MITCHELL

    IS-SENEGAL

    PLEGUEZUELOS AGUILAR

    IS-SIERRA LEONE

    ROSATI

    L-AFRIKA T'ISFEL

    SPERONI

    IS-SWAŻILAND

    STURDY

    IT-TANZANIJA

    VAN LANCKER

    IT-TONGA

    de VILLIERS

    IT-TRINIDAD U TOBAGO

    ZĪLE

    IZ-ZAMBJA

    … (GREENS/EFA)

    KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET SOĊJALI U L-AMBJENT

    Membri AKP

    Membri tal-PE

    OUMAROU (IN-NIĠER), Ko-Chairman

    SCHEELE, Ko-Chairwoman

    SANGA (IL-GŻEJJER SOLOMON), VC

    NOVAK, VC

    SITHOLE (IL-MOŻAMBIK), VC

    ARIF, VC

    L-ANTIGWA U BARBUDA

    ALLISTER

    IL-BAĦAMAS

    AUBERT

    IL-BURKINA FASO

    AYLWARD

    IL-KAP VERDE

    BORRELL FONTELLES

    IL-KOMOROS

    BOWIS

    ID-DOMINIKA

    CASHMAN

    IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA

    FERNANDES

    IL-GAMBJA

    GOUDIN

    IL-GINEA-BISSAW

    HALL

    IL-ĠAMAJKA

    HAUG

    IL-KIRIBATI

    HOLM

    IL-LESOTO

    KORHOLA

    IL-MADAGASKAR

    MARTENS

    IL-MALAWI

    ROITHOVA

    IL-GŻEJJER MARSHALL (Ir-Repubblika tal-Gżejjer Marshall)

    SBARBATI

    IN-NAURU

    SCHMIDT O.

    IR-RWANDA

    SCHNELLHARDT

    SAO TOME U PRINĊIPE

    SCHRÖDER

    IS-SEYCHELLES

    SORNOSA MARTÍNEZ

    IS-SOMALJA

    VENETO

    IS-SURINAM

    VERGES

    IT-TIMOR TAL-LVANT

    WIJKMAN

    IL-VANWATU

    ZÁBORSKÁ


    ANNESS II

    REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA FIS-SEDUTA MILL-25 SAT-28 TA' ĠUNJU F'WIESBADEN

    RADEMBINO-CONIQUET (Il-Gabon), Ko-President

    KINNOCK, Ko-President

    DE SOUSA (L-Angola)

    AGNOLETTO (2)  (3)

    DUGUID (Il-Barbados)

    AUBERT (2)  (3)  (4)

    DAYORI (Il-Benin) (VP)

    AYLWARD (3)  (4)

    SEBETELA (Il-Botswana)

    BADIA i CUCHET (għal ARIF) (4)  (5)

    TAPSOBA (Il-Burkina Faso)

    BEREND

    NZOMUKUNDA (Il-Burundi)

    BORRELL FONTELLES

    NYASSA (Il-Kamerun) (VP)

    BOWIS (VP)

    SORONGOPE-ZOUMANDJI (Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali)

    BULLMANN

    DARBO (Iċ-Ċad)

    BUSHILL-MATTHEWS (għal COELHO) (5)

    BOUNKOULOU (Il-Kongo, ir-Repubblika tal-Kongo)

    BUSK (2)  (3)

    GOYA (Il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo)

    CALLANAN (2)  (4)  (5)

    AMON-AGO (Il-Kosta ta' l-Avorju)

    CARLOTTI (VP)

    ABDI SAID (Il-Ġibuti)

    CASHMAN (2)  (3)

    THOMAS (Id-Dominika) (1)

    DOMBROVSKIS

    JIMENEZ (Ir-Repubblika Dominikana)

    FERNANDES

    NGUEMA OWONO (Il-Ginea Ekwatorjali)

    GAHLER (VP)

    TSEGGAI (L-Eritrea)

    GOEBBELS (għal FERREIRA)

    TOGA (L-Etjopja)

    GOMES (2)

    CAVUILATI (Il-Fiġi (1)

    GRABOWSKA

    MILEBOU-AUBUSSON (Il-Gabon)

    GRÖNER

    OSEI-AMEYAW (Il-Gana)

    HALL (3)

    TOP (Il-Ginea)

    HAUG

    BERNARD CHERON (Il-Ħaiti)

    HUTCHINSON (għal ROSATI)

    McNISH (Il-Ġamajka) (1)

    JÖNS (2)  (3)  (5)

    KAMOTHO (Il-Kenja) (VP)

    KACZMAREK

    MAFURA (Il-Lesoto)

    KORHOLA

    SMITH (Il-Liberja)

    KOZLÍK (2)

    MATOLA (Il-Malawi)

    LEHIDEUX (2)  (3)

    DIALLO (Il-Mali) (1)

    LULLING (VP)

    GUELAYE (Il-Mawritanja)

    MANTOVANI (VP) (4)  (5)

    DEERPALSING (Il-Mawrizju)

    MARTENS

    SITHOLE (Il-Możambik)

    MARTÍNEZ MARTÍNEZ (VP) (2)  (3)

    MUSHELENGA (In-Namibja)

    MAYER

    OUMAROU (In-Niġer)

    McAVAN (3)  (4)  (5)

    ADEFIDIPE (In-Niġerja) (1)

    MITCHELL

    TALAGI (In-Niue)

    MORGANTINI (għal HOLM (2)  (3)  (4)

    BALAGETUNA (Il-Papwa Ginea Ġdida) (1)

    POLFER (4)  (5)

    POLISI (Ir-Rwanda)

    RIBEIRO E CASTRO

    HARRIS (San Kitts u Nevis)

    SCHEELE

    JEAN-MARIE (Santa Luċija)

    SCHLYTER (2)  (3)  (4)

    STRAKER (San Vinċenz u l-Grenadini)

    SCHMIDT F (2)  (3)  (4)

    LAUOFO (Is-Samoa)

    SCHMIDT O

    WILLIAM (Is-Seychelles)

    SCHNELLHARDT

    CONTEH (Is-Sierra Leone)

    SCHRÖDER

    MA'AHANUA (Il-Gżejjer Solomon) (1)

    SPERONI (4)  (5)

    SITHOLE (L-Afrika t'Isfel)

    STURDY (3)  (4)

    DEKUEK (Is-Sudan)

    VAN HECKE

    RODGERS (Is-Surinam)

    VAN LANCKER (4)  (5)

    THWALA (Is-Sważiland)

    VENETO (3)  (4)

    CHECHE (It-Tanzanija)

    WIELAND (2)  (5)

    MUGAMBE (L-Uganda)

    ZALESKI (għal GAUBERT) (5)

    NJOBVU (Iz-Zambja) (1)

    ZABORSKA (4)  (5)

     

    ZIMMER (2)  (3)

     

    ZWIEFKA (4)  (5)

    Osservatur:

    Kuba: POLANCO

    Kienu preżenti wkoll:

    L-ANGOLA

    COSTA DALA

    TEMBU NZUANGA

    SEBASTIAO ANDRE

    IL-BARBADOS

    GODDARD

    IL-BENIN

    DURAND-ADJAHI

    IL-BOTSWANA

    BATLHOKI

    IL-BURKINA FASO

    LANKOANDE

    IL-BURUNDI

    KABURA

    HABARUGIRA

    KABOGOYE

    IL-KAMERUN

    BAH

    IR-REPUBBLIKA AFRIKANA ĊENTRALI

    YINIFOLO VANDENBOS

    IL-KONGO (Ir-Repubblika tal-Kongo)

    LEKOYI

    OBIA

    TSHIKA

    MUDOYI

    IL-KONGO (Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo)

    KIZIKI

    IL-KOSTA TA' L-AVORJU

    AMANI

    IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA

    AQUINO ACOSTARO

    CEDANO

    IL-GINEA EKWATORJALI

    ANDEM ELA

    NKA OBIANG

    EVANA NDEME

    L-ERITREA

    TEKLE

    L-ETJOPJA

    ALI

    IL-GABON

    NDIMAL

    MOUVAGHA TCHIOBA

    MAKONGO

    NDONG NGUEMA

    POSSO

    OGOMBE

    IL-GANA

    KUMI

    OPPONG-NTITI

    IL-GINEA

    DIALLO

    IL-ĦAITI

    PIERRE

    MELIUS

    JACINTHE

    DOREUS

    JOSEPH NELSON

    IL-ĠAMAJKA

    BARKER-MURPHY

    IL-KENJA

    WAMBUA

    MUTHAA

    POGHISIO

    SUMBEIYWO

    IL-LESOTO

    TIHELI

    NYAPHISI

    IL-LIBERJA

    PENNOH

    TELEWODA

    IL-MALAWI

    KALICHERO

    IL-MALI

    ASKIA

    IL-MAWRITANJA

    KAMARA

    HAMOUD

    BOÏLIL

    ABDALLA

    M'BARECK

    IL-MAWRIZJU

    GUNNESSEE

    IN-NAMIBJA

    DE WAAL

    RUMPT

    KATJAVIVI

    NDADI

    IN-NIĠER

    MAHAMADOU

    ABDOURAHMANE

    HABIBOU

    CAZALICA

    IL-PAPWA GINEA ĠDIDA

    ABURU

    IR-RWANDA

    KAYINAMURA

    GASANA

    GAHAMANYI

    IS-SIERRA LEONE

    GOODWYLL

    L-AFRIKA T'ISFEL

    GIBSON

    MAGAU

    BASSON

    IS-SUDAN

    MUSTAFA

    ALLOBA

    BADRI

    JERVASE

    IS-SURINAM

    HIWAT

    RATHIPAL

    IS-SWAŻILAND

    DLAMINI

    L-UGANDA

    ACEMAH

    AMONGI

    DOMBO

    IZ-ZAMBJA

    MBEWE

    MULENGA

    SHITULIKA

     

    KUNSILL AKP-UE

    TSEKOA

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, President fil-Kariga tal-Kunsill AKP (Il-Lesoto)

    WIECZOREK-ZEUL

    Ministru Federali għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, President fil-Kariga tal-Kunsill ta' l-UE (Il-Ġermanja)

    KUMMISSJONI EWROPEA

    MICHEL

    Membru tal-Kummissjoni b'responsabiltà b'rabta ma' l-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja

    PARLAMENT PAN-AFRIKAN

    MONGELLA

    President tal-Parlament Pan-Afrikan

    UNFPA, IL-BRAŻIL

    HAKKERT

    EESC (Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew)

    AKOUETE

    DANTIN

    GAUCI

    LISBEY

    MAKEKA

    CTA (Ċentru Tekniku għall-Biedja u għall-Iżvilupp Rurali)

    BURGUET

    BOTO

    IS-SEGRETARJAT AKP

    KAPUTIN

    Ko-Segretarju Ġenerali

    IS-SEGRETARJAT TA' L-UE

    NICKEL

    Ko-Segretarju Ġenerali


    (1)  Pajjiż irrappreżentat minn persuna li m'hijiex Membru tal-Parlament.

    (2)  Preżenti nhar il-25 ta' Ġunju 2007.

    (3)  Preżenti nhar is-26 ta' Ġunju 2007.

    (4)  Preżenti nhar is-27 ta' Ġunju 2007.

    (5)  Preżenti nhar it-28 ta' Ġunju 2007.


    ANNESS III

    L-ANNESS TAS-SEDUTA TA' NHAR IT-TNEJN, IL-25 TA' ĠUNJU 2007

    Akkreditament ta' rappreżentanti li m'humiex membri parlamentari

    IL-KOMUNITÀ INDIPENDENTI TAD-DOMINIKA

    Is-Sur A. THOMAS

    Ministru Uffiċjal Għoli fis-Servizz Diplomatiku ta' l-Ambaxxata tad-Dominika, Brussell

    IL-FIĠI

    Is-Sur R.S.T. CAVUILATI

    Ambaxxatur, l-Ambaxxata tal-Fiġi, Brussell

    IL-ĠAMAJKA

    Is-Sinjura V. MCNISH

    Ambaxxatriċi, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Kingston, il-Ġamajka.

    IN-NIĠERJA

    Is-Sur A.J. ADEFIDIPE

    Ministru, l-Ambaxxata tan-Niġerja, Brussell

    IL-PAPWA GINEA ĠDIDA

    Is-Sur John BALAGETUNA

    Direttur tar-Relazzjonijiet Inter-Parlamentari, il-Parlament Nazzjonali, il-Papwa Ginea Ġdida

    IL-GŻEJJER SOLOMON

    Is-Sur J. MA'AHANUA

    Ambaxxatur, l-Ambaxxata tal-Gżejjer Solomon, Brussell


    ANNESS IV

    RIŻOLUZZJONIJIET LI ĠEW ADOTTATI

    dwar governanza tajba, trasparenza u responsabiltà b'rabta ma' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi AKP (ACP-EU/3937/07/fin.)

    dwar it-tnaqqis tal-faqar għall-bdiewa żgħar fil-pajjiżi AKP — b'mod partikolari fis-setturi tal-frott, tal-ħxejjex u tal-fjuri (ACP-EU/100.011/07/fin.)

    dwar l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa u l-effett tagħha fuq l-iżvilupp nazzjonali (ACP-EU/100.012/07/fin.)

    dwar is-sitwazzjoni f'Darfur (ACP-EU/100.075/07/fin.)

    RIŻOLUZZJONI  (1)

    dwar governanza tajba, trasparenza u responsabiltà b'rabta ma' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi AKP

    L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

    f'laqgħa f'Wiesbaden (il-Ġermanja) mill-25 sat-28 ta' Ġunju 2007,

    wara li qieset l-Artikolu 17(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha,

    wara li qieset il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou (Benin) nhar it-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat mill-ftehim li jemenda l-ftehim ta' sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu nhar il-25 ta' Ġunju 2005 (“il-Ftehim ta' Cotonou”), u b'mod partikolari, l-Artikoli 9, 68, 96 u 97 tiegħu,

    wara li qieset il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda tal-31 ta' Ottubru 2003 kontra l-Korruzzjoni,

    wara li qieset it-twaqqif tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) f'Ruma nhar is-17 ta' Lulju 1998,

    wara li qieset id-Dikjarazzjoni tal-Ġnus Magħquda tas-16 ta' Diċembru 1996 kontra l-Korruzzjoni u t-Tixħim fit-Transazzjonijiet Kummerċjali Internazzjonali,

    wara li qieset il-Konvenzjoni Inter-Amerikana kontra l-Korruzzjoni adottata f'Caracas nhar id-29 ta' Marzu 1996,

    wara li qieset il-Konvenzjoni ta' l-Unjoni Afrikana dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni adottata mit-tieni seduta ordinarja ta' l-Assemblea ta' l-Unjoni Afrikana f'Maputo nhar il-11 ta' Lulju 2003,

    wara li qieset il-Konvenzjoni ta' l-OECD (Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp) tal-21 ta' Novembru 1997 dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim ta' Uffiċjali Pubbliċi Barranin fi Transazzjonijiet Internazzjonali b'rabta man-Negozju,

    wara li qieset il-liġijiet nazzjonali dwar il-ħasil tal-flus applikabbli għall-Istati AKP-UE,

    wara li qieset id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tat-2 ta' Marzu 2005 dwar l-Effikaċja ta' l-Għajnuna,

    wara li qieset id-Dikjarazzjoni tat-2 ta' Ġunju 2003 mis-Summit G8 f'Evian intitolata “Il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u Titjib tat-Trasparenza” u wara li qieset id-Dikjarazzjoni adottata nhar it-8 ta' Ġunju 2007 fis-Summit G8 f'Heiligendamm (il-Ġermanja) “Żvilupp u Responsabiltà fl-Afrika”,

    wara li qieset ir-Rapport Speċjali Nru. 2/2005 tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar l-għajnuna tal-baġit ta' l-EDF (Fond Ewropew għall-Iżvilupp) lill-pajjiżi AKP (2),

    wara li qieset il-Gwida ta' l-IMF (Fond Monetarju Internazzjonali) dwar it-Trasparenza tad-Dħul mir-Riżorsi adottata f'Ġunju 2005,

    wara li qieset l-Analiżi dwar l-Industriji Estrattivi li saret mill-Bank Dinji fl-2004,

    wara li qieset l-40 rakkomandazzjoni tal-Forza tax-Xogħol għal Ħidmiet Finanzjarji (FATF) b'rabta mal-ħasil tal-flus,

    wara li qieset ir-riżultati tal-laqgħa plenarja ta' l-FATF li saret f'Vancouver mid-9 sat-13 ta' Ottubru 2006,

    wara li qieset l-Inizjattivi “Uri Kemm Tħallas” (PWYP) u “Uri Kemm Taqla” (PWYE),

    wara li qieset il-prinċipji u l-kriterji ta' l-Inizjattiva ta' Trasparenza ta' l-Industriji Estrattivi (EITI),

    wara li qieset l-appoġġ ipprovdut mill-Unjoni Ewropea għall-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-proċess ta' Kimberley għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' djamanti u wara li qieset l-involviment tal-pajjiżi AKP fil-proċess ta' Kimberley,

    wara li qieset il-Pjan ta' Ħidma ta' l-UE dwar l-Infurzar tal-Liġi, il-Governanza u l-Kummerċ b'rabta mal-Foresti (FLEGT) u r-Regolament tal-KE 2173/2005,

    wara li qieset l-Iskema ta' l-Afrika għall-Infurzar tal-Liġi u l-Governanza b'rabta mal-Foresti adottata fl-2003,

    wara li qieset ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-governanza fil-politika ta' l-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea (3) u tas-6 ta' April 2006 dwar l-effikaċja ta' l-għajnuna u l-korruzzjoni f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (4),

    wara li qieset ir-riżoluzzjonijiet tagħha ta' l-24 ta' Novembru 2005 dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou u dwar prodotti kummerċjali tal-biedja u tal-minjieri (5),

    wara li qieset il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2005 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali intitolata “Strateġija ta' l-UE għall-Afrika: Lejn ftehim bejn l-Ewropa u l-Afrika sabiex jitgħaġġel l-iżvilupp ta' l-Afrika”,

    wara li qieset il-manwal tal-membri parlamentari dwar il-kontroll tal-korruzzjoni li tfassal mill-Organizzazzjoni Globali tal-Membri Parlamentari Kontra l-Korruzzjoni (GOPAC),

    wara li qieset l-Indiċi ta' l-2006 tal-Perċezzjonijiet dwar il-Korruzzjoni (CPI) ippubblikat nhar is-6 ta' Novembru 2006 f'Berlin minn Transparency International,

    wara li qieset ir-rapport tal-missjoni għas-sejbien tal-fatti mill-Burò tal-JPA (Assemblea Parlamentari Konġunta) fil-Mawritanja mit-23 sas-27 ta' Frar 2006,

    wara li qieset ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi (ACP-EU/3937/07/fin.),

    A.

    filwaqt li tappoġġja l-prinċipju b'rabta mar-responsabiltà tal-gvernijiet lejn il-pajjiżi tagħhom u lejn iċ-ċittadini kollha tagħhom għall-immaniġġjar tad-dħul u l-infiq pubbliċi,

    B.

    billi l-benefiċċju ekonomiku u finanzjarju mnissel mill-utilizzazzjoni tal-benesseri naturali għandu jkun rifless f'żieda sostanzjali fl-iżvilupp uman,

    C.

    billi l-gvernijiet ta' pajjiżi b'riżorsi naturali bl-abbundanza għandhom id-dmir u r-responsabiltà li jqisu bħala prijorità l-użu tad-dħul tagħhom sabiex jissodisfaw l-esiġenzi bażiċi tal-popolazzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari fis-setturi tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni, u fil-ġlieda kontra l-faqar,

    D.

    billi governanza tajba għandha tqis il-fatt li dan id-dħul għandu valur miżjud bil-qabda ikbar meta r-riżorsi naturali jkunu pproċessati u mtejbin fil-pajjiż innifsu milli meta jkunu esportati bħala materjal mhux ipproċessat,

    E.

    billi l-gvernijiet sovrani u l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għandhom ukoll id-dmir li jagħmlu użu mid-dħul li jitnissel mill-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali ta' pajjiżhom b'mod responsabbli għall-benefiċċju dirett ta' l-abitanti preżenti u tal-ġejjieni tiegħu,

    F.

    billi l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali tista' ssir biss forza għall-iżvilupp sostenibbli jekk l-impatt negattiv, soċjali u ambjentali tagħha jitnaqqas u jekk il-benefiċċji u l-ispejjeż tagħha jitqassmu b'mod ġust,

    G.

    billi l-popolazzjonijiet ta' pajjiżi b'riżorsi naturali bl-abbundanza għandhom id-dritt inaljenabbli li jibbenefikaw bl-iktar mod ġust possibbli mill-benesseri li jirriżulta u mill-potenzjal ta' l-iżvilupp ekonomiku,

    H.

    billi l-kumpaniji kkonċernati għandhom ukoll ir-responsabiltà li jiżguraw li l-investimenti tagħhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi li qegħdin jipprovdulhom riżorsi naturali bl-abbundanza,

    I.

    billi nuqqas ta' trasparenza dwar il-ħlasijiet — leġittimi — li huma jagħmlu lill-gvernijiet jirrappreżenta riskju konsiderevoli tan-negozju minħabba li jagħmilhom vulnerabbli għall-akkużi ta' kompliċità f'imġiba korrotta u jżeblaħ il-leġittimità ta' l-attività tagħhom,

    J.

    billi gvernijiet Ewropej għandhom l-obbligu li jegħlbu prattiki bħal dawn,

    K.

    billi governanza ħażina u nuqqas ta' trasparenza b'rabta ma' l-immaniġġjar tad-dħul tal-gvern mir-riżorsi naturali x'aktarx jaggravaw il-korruzzjoni politika u jżidu r-riskji ta' approprjazzjoni bla dritt ta' fondi pubbliċi,

    L.

    konxja dwar iż-żieda fil-prezzijiet dinjin taż-żejt f'dawn l-aħħar 36 xahar u bid-dħul żejjed li rriżulta,

    M.

    billi d-dħul sostanzjali mill-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali, b'mod partikolari ż-żejt, f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jista' joħloq żbilanċi ekonomiċi u soċjali serji, jaggrava l-inġustizzja soċjali u wkoll iħeġġeġ klima ta' vjolenza jekk ma jintużax kif suppost għall-benefiċċju tat-taqsimiet kollha tal-popolazzjoni u għall-għan ta' l-iżvilupp nazzjonali, u billi, fil-każ taż-żejt, hemm riskju ta' indikaturi ta' żvilupp għoli b'mod artifiċjali għad-detriment ta' indikaturi ta' l-iżvilupp uman,

    N.

    billi l-Parlament Ewropew adotta f'Marzu 2004 emenda għad-Direttiva dwar esiġenzi ta' trasparenza filwaqt li stieden lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex iħeġġu lill-kumpaniji kkwotati fuq il-Borża Ewropea biex jippubblikaw il-ħlasijiet li għamlu lill-gvernijiet,

    O.

    billi t-titjib tal-governanza u tar-responsabiltà fl-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi għandu t-tendenza li jnaqqas ir-riskji ta' konflitt b'rabta ma' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali,

    P.

    billi żieda sinifikanti fit-trasparenza fiskali u l-qerda tal-korruzzjoni pubblika jistgħu jgħinu fit-tnaqqis tar-riskju politiku u fl-adozzjoni ta' ambjent iktar stabbli li jwassal għal investiment nazzjonali u barrani, b'mod partikolari fis-settur ta' l-industriji estrattivi, kif ġie rrikonoxxut minn investituri istituzzjonali li jimmaniġġjaw fondi li jirrappreżentaw total ta' 12.3 biljun EUR,

    Q.

    konxja li t-trasparenza fiskali u s-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija huma marbutin, minħabba l-fatt li l-korruzzjoni u l-governanza ħażina f'pajjiżi li jipprovdu l-enerġija x'aktarx isaħħu s-sentimenti lokali ta' riżentiment lejn is-settur ta' l-enerġija u jqanqlu theddid għall-installazzjonijiet ta' l-enerġija, u għaldaqstant inaqqsu l-provvisti li jilħqu s-swieq dinjin,

    R.

    billi governanza ħażina u n-nuqqas ta' responsabiltà b'rabta ma' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali jista' jkollhom konsegwenzi ambjentali serji bi qtugħ eċċessiv ta' zkuk li b'mod potenzjali jikkawża t-tiswir ta' deżert, bidliet klimatiċi oħrajn u ħsara ambjentali, li tolqot lill-bnedmin, lill-fawna u lill-flora,

    S.

    billi l-popolazzjonijiet ta' żoni li qegħdin jiġu utilizzati għar-riżorsi naturali ma jibbenefikawx biżżejjed mill-profitti li jirriżultaw u barra minn hekk ta' sikwit jintlaqtu mill-impatt ambjentali serju ta' attivitajiet bħal dawn, bħal ngħidu aħna tniġġis ta' l-arja, ta' l-ilma u tal-ħamrija,

    T.

    billi r-riżorsi naturali jinkludu mhux biss riżorsi minerali iżda wkoll fawna u flora, ilma nadif u arja nadifa, li għandhom jitħarsu jew jittejbu,

    U.

    konxja dwar l-importanza ta' l-implimentazzjoni ta' l-aqwa prattika konformi ma' l-ambjent fl-immaniġġjar tar-riżorsi taż-żejt u tar-riżorsi naturali prinċipali tal-pajjiżi AKP,

    V.

    billi huwa importanti li ssir promozzjoni tal-valuri u tal-virtuijiet bħal ngħidu aħna l-imparzjalità, l-integrità, ir-responsabiltà, it-trasparenza u l-onestà fost l-uffiċjali pubbliċi, b'ħarsa li l-prattiki tal-korruzzjoni jsiru inkonċepibbli u impossibbli,

    W.

    billi l-insegwiment ta' l-integrità u tal-livelli etiċi huwa, fuq kollox, mod sabiex ikun żgurat li l-popolazzjoni tiġi pprovduta bis-servizzi li hi intitolata li tistenna mill-Istat b'rabta ma' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali,

    X.

    konxja dwar l-esiġenza li jissaħħu l-ħiliet tal-parlamenti u ta' l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv is-setgħat tagħhom ta' awtorità eżekuttiva ta' skrutinju u baġitarja,

    Y.

    billi pajjiż kien ikun mgħammar bir-riżorsi naturali, fl-imgħoddi dan il-fatt mhux dejjem kien jitqies bħala barka iżda ta' sikwit saħta għall-popolazzjonijiet milqutin fil-pajjiżi li m'għandhomx kontroll demokratiku, responsabiltà u stat ta' dritt, fejn il-ġlieda għar-riżorsi nisslet il-korruzzjoni u konflitt vjolenti li kawża tagħhom, il-popolazzjonijiet lokali, ta' sikwit għaddew minn tbatija,

    Z.

    billi t-talba li kulma jmur qiegħda tiżdied għar-riżorsi naturali permezz ta' ekonomiji li qegħdin jiżviluppaw malajr bħaċ-Ċina għaġġlet it-taqbida internazzjonali għal riżorsi bħal dawn u ta' sikwit tawlet iż-żmien fil-gvern ta' reġimi mhux demokratiċi, ta' konflitti vjolenti u ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem,

    AA.

    billi ċerti kumpaniji qegħdin jonqsu milli jkunu konformi mal-Livelli Ewlenin tax-Xogħol ta' l-ILO (Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol) li ntlaħaq ftehim dwarhom u huma responsabbli minn aċċidenti li jikkaġunaw il-mewt u mill-użu tax-xogħol li jsir mit-tfal; billi huma wkoll il-forza motriċi wara t-tneħħija tal-foresti li kulma jmur qiegħda tiżdied fl-Afrika, u l-qawmien f'daqqa fil-kummerċ illeċitu ta' l-avorju fl-Afrika, filwaqt li xi wħud kemm-il darba nqabdu jistadu b'mod illegali fl-ibħra ta' l-Afrika,

    1.

    Tistieden lill-pajjiżi AKP sabiex jallokaw kull dħul mill-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali bħala kwistjoni ta' prijorità sabiex ikunu sodisfatti l-esiġenzi bażiċi tal-popolazzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa, ta' l-edukazzjoni, tal-konservazzjoni tar-riżorsi naturali u ta' l-ambjent, u għaldaqstant tingħata għajnuna fil-ksib ta' l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs);

    2.

    Tistieden lill-pajjiżi AKP u lil dawk Ewropej sabiex jirrispettaw u jimplimentaw b'mod sħiħ id-definizzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Ftehim ta' Cotonou b'rabta mal-governanza tajba (l-Artikolu 9(3));

    3.

    Tistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fit-tħassib tagħhom b'rabta mal-governanza tajba, sabiex jagħtu iktar importanza lill-iżvilupp tas-settur ta' l-ipproċessar fil-pajjiżi AKP milli lill-provvista ta' aċċess għar-riżorsi naturali lill-kumpaniji Ewropej fil-pajjiżi AKP;

    4.

    Tistieden lill-pajjiżi ta' l-Afrika u lill-grupp AKP sabiex jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' l-Unjoni ta' l-Afrika dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; tistieden lill-pajjiżi tal-Karibew sabiex jirratifikaw il-Konvenzjoni Inter-Amerikana kontra l-Korruzzjoni; tistieden lill-pajjiżi kollha AKP-UE sabiex jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra l-Korruzzjoni u d-Dikjarazzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra l-Korruzzjoni u t-Tixħim fi Transazzjonijiet Kummerċjali Internazzjonali u sabiex iqiegħdu fis-seħħ mekkaniżmi speċifiċi għall-immonitorjar u l-implimentazzjoni effettivi tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 hawnfuq;

    5.

    Titlob lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi ta' l-AKP sabiex jadottaw u jgħinu fit-tqegħid fil-prattika tal-prinċipji stipulati fl-inizjattivi privati għall-promozzjoni ta' governanza aħjar fl-immaniġġjar tad-dħul li jitnissel mir-riżorsi naturali bħall-EITI (Inizjattiva ta' Trasparenza ta' l-Industriji Estrattivi) u l-kampanji “Uri Kemm Tħallas” u “Uri Kemm Taqla”;

    6.

    Titlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-UE sabiex jippromwovu t-titjib u l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-EITI, b'mod partikolari billi jagħmlu mandatarji d-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza, billi jniedu mekkaniżmi effettivi ta' kontroll u jimplimentaw il-5 kriterju li jisħaq l-involviment dirett tas-soċjetà ċivili fl-EITI, u billi jagħtu kontribuzzjoni finanzjarja lill-fond fdat ta' l-EITI;

    7.

    Tistieden lill-pajjiżi ta' l-AKP sabiex jiżguraw li d-dħul qiegħed jintuża wkoll għad-diversifikazzjoni ta' l-ekonomija tagħhom u għall-iżvilupp ta' l-attivitajiet ekonomiċi fi stadju iktar avvanzat tal-proċess ta' produzzjoni iktar milli jkun ristrett għall-estrazzjoni tar-riżorsi naturali waħidhom;

    8.

    Titlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tibgħat missjonijiet fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li jipprovdu l-enerġija biex tgħinhom bl-implimentazzjoni ta' l-EITI;

    9.

    Titlob lill-pajjiżi AKP li b'mod formali ffirmaw l-inizjattiva EITI sabiex jipproċedu bl-implimentazzjoni fil-prattika ta' l-inqas kriterji tagħha, b'mod partikolari, il-ħames kriterju, billi jiżguraw li s-soċjetà ċivili tinsab f'pożizzjoni li tissodisfa l-irwol tagħha ta' sorveljanza mingħajr restrizzjonijiet u mingħajr biża' jew intimidazzjoni ta' kull tip;

    10.

    Tħeġġeġ lill-pajjiżi kollha li għandhom provvista kbira ta' riżorsi, li huma firmatarji tal-Ftehim ta' Cotonou u li għadhom ma sseħbux b'mod formali ma' l-EITI sabiex jagħmlu dan u tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-gvernijiet AKP sabiex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet dwar it-trawwim ta' ħila tas-soċjetà ċivili ta' l-Artikolu 7 tal-Ftehim ta' Cotonou u r-rakkomandazzjonijiet taż-żewġ Fora AKP tas-Soċjetà Ċivili li saru fl-2002 u f'April 2006;

    11.

    Titlob lill-gvernijiet kollha AKP u ta' l-UE sabiex iħeġġu lill-investituri kollha biex jissieħbu ma' l-EITI u jkunu konformi ma' inizjattivi u konvenzjonijiet oħrajn li jsaħħu l-governanza tajba, it-trasparenza u r-responsabiltà b'rabta ma' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali;

    12.

    Titlob lill-gvernijiet kollha AKP u ta' l-UE sabiex jistiednu wkoll lill-gvernijiet ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom bħall-konformità mal-livelli internazzjonali ewlenin tax-xogħol, l-abolizzjoni tax-xogħol li jsir mit-tfal, it-trażżin tal-proliferazzjoni ta' Armi Żgħar u Armi Ħfief (SALW), b'mod partikolari f'żoni ta' konflitt, u l-projbizzjoni ta' importazzjonijiet illegali ta' materjal mhux ipproċessat u ta' l-injam;

    13.

    Titlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex jagħtu l-għajnuna tagħhom għall-iżvilupp lill-pajjiżi li għandhom provvista kbira ta' riżorsi b'mod kondizzjonali fuq il-progress fil-qasam tal-governanza tajba, it-trasparenza u r-responsabiltà b'rabta ma' l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali billi jiġbru flimkien u jimplimentaw b'mod attiv inizjattivi bħall-PWYP, il-PWYE u l-EITI;

    14.

    Titlob lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jagħtu appoġġ lill-isforzi li jsiru mill-Istati Membri għall-promozzjoni tat-trasparenza fl-industriji estrattivi permezz ta' l-introduzzjoni ta' livelli xierqa tal-kontijiet u ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kumpaniji, billi tingħata ħarsa lejn is-sostenn li ngħata mill-Parlament Ewropew f'Marzu 2004 lill-emenda tad-Direttiva dwar esiġenzi ta' trasparenza u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2005 dwar l-istrateġija għall-Afrika;

    15.

    Titlob lill-atturi kollha kkonċernati sabiex jimplimentaw livelli li jesiġu trasparenza u iktar responsabiltà f'sistemi għall-immaniġġjar ta'l-infiq u tad-dħul pubbliċi, inklużi:

    kontroll baġitarju mill-Parlament u l-korpi tiegħu,

    verifika separata tal-baġits u ta' l-infiq pubbliku minn Qorti indipendenti ta' l-Awdituri,

    trasparenza tal-baġits ta' l-Istat,

    immonitorjar tad-dħul u ta' l-infiq tal-gvernijiet fi ħdan il-pajjiżi AKP,

    ir-responsabiltà ta' kumpaniji milqutin minn regoli dwar il-kxif ta' tagħrif;

    16.

    Titlob lill-atturi kollha sabiex jiżguraw li l-gvernijiet ta' pajjiżi li jipprovdu l-enerġija li għaddew minn problemi serji ta' governanza u minn korruzzjoni ma jibbenefikawx minn għajnuna mhux essenzjali, termini favorevoli tal-kummerċ jew vantaġġi oħrajn sakemm jibqgħu jipprovdu xhieda ta' impenn li jista' jkun kwantifikat għal trasparenza ikbar, b'mod partikolari b'rabta mal-baġit nazzjonali;

    17.

    Tistieden lid-donaturi bilaterali u multilaterali kollha u lill-aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni sabiex jiżviluppaw sett ta' kondizzjonijiet li m'humiex biss astratti iżda bbażati fuq l-obbligu fiduċjarju tal-gvernijiet lejn iċ-ċittadini tagħhom u fuq sistema ta' sħubija fejn l-għajnuna mhux umanitarja hija kondizzjonali fuq il-konformità ma' sensiela ta' kriterji speċifiċi nnegozjati b'mod konġunt u, b'mod partikolari, it-trasparenza pubblika dwar id-dħul mill-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali, bi qbil mal-prinċipji kkodifikati fil-“Gwida ta' l-IMF dwar it-trasparenza tad-dħul mir-riżorsi”;

    18.

    Tistieden lill-Istati AKP-UE sabiex jiżguraw li l-promozzjoni tal-governanza tajba, it-trasparenza u r-responsabiltà b'rabta ma' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali tkun is-suġġett ta' ħidmiet reċiproki u ta' kriterji nnegozjati b'mod konġunt fi ħdan id-djalogu politiku li hemm dispożizzjoni għalih fl-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou;

    19.

    Titlob lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-UE sabiex jiżguraw li l-promozzjoni tat-trasparenza u ta' l-iskrutinju demokratiku b'rabta ma' l-użu tad-dħul fil-pajjiżi li jipprovdu l-enerġija lill-UE tkun prijorità ta' l-istrateġija Ewropea komuni dwar l-enerġija;

    20.

    Tirrakkomanda li l-kwistjonijiet ta' governanza tajba, trasparenza u responsabiltà b'rabta ma' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali jidhru b'mod prominenti fl-'Istrateġija Konġunta bejn l-UE u l-Afrika' tal-ġejjieni;

    21.

    Tħeġġeġ l-implimentazzjoni ta' l-aqwa prattika fl-immaniġġjar tar-riżorsi taż-żejt kif ikkodifikat fil-“Gwida ta' l-IMF dwar it-trasparenza tad-dħul mir-riżorsi”;

    22.

    Titlob lill-gvernijiet u lill-parlamenti AKP u ta' l-UE sabiex jiżguraw li l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali ma tikkawżax żbilanċi ekoloġiċi maġġuri; b'rabta ma' dan, tinnota bi tħassib li t-twaqqigħ eċċessiv ta' siġar jista' jwassal għat-tiswir ta' deżert u bidliet klimatiċi oħrajn, li kontrihom għandha tittieħed azzjoni permezz ta' taħwil ta' siġar f'foresti b'mod responsabbli u ta' prattiki xierqa ta' tisġir mill-ġdid, u tistieden lill-kumpaniji li jutilizzaw ir-riżorsi naturali sabiex ikunu konformi mal-livelli ambjentali;

    23.

    Tistieden lill-gvernijiet, lill-parlamenti u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali sabiex jiżguraw li l-utilizzazzjoni legali tar-riżorsi naturali tifforma parti minn pjan ta' ħarsien ambjentali mmirat lejn miżuri għall-ħarsien ta' l-arja, ta' l-ilma u tal-ħamrija u l-preservazzjoni tad-diversità fil-fawna u l-flora;

    24.

    Titlob lill-gvernijiet kollha sabiex joħorġu liġijiet li jipprojbixxu l-importazzjoni ta' injam maqtugħ b'mod illegali; u intant ikunu żguri li proċeduri ta' ksib pubbliku jkunu ristretti għal injam minn sorsi sostenibbli u legali;

    25.

    Tistieden lill-pajjiżi kollha li jipproduċu l-injam sabiex jiżguraw qtugħ sostenibbli ta' l-injam domestiku kollu, filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tal-popolazzjonijiet lokali u jqisu l-impatt ambjentali;

    26.

    Titlob lill-UE sabiex twettaq stħarriġ komprensiv u formali dwar it-taħwil ta' siġar f'foresti, issaħħaħ id-drittijiet ta' pussess u ta' aċċess għal artijiet tal-komunitajiet lokali, u tiżgura sehem pubbliku sinifikattiv;

    27.

    Tħeġġeġ lill-pajjiżi kollha involuti fil-kummerċ tad-djamanti sabiex jissottoskrivu ruħhom b'mod sħiħ ma' l-iskema ta' ċertifikazzjoni ta' Kimberley għall-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħdumin; tenfasizza l-importanza li jsir progress lejn il-verifika indipendenti tal-konformità mill-pajjiżi li jieħdu sehem u mill-industrija tad-djamanti fi ħdan il-linji gwida tal-kummerċ tad-djamanti u li jkun żgurat li dawk li jieħdu sehem fil-proċess ta' Kimberley ikollhom il-ħila li jissorveljaw il-konformità mill-industrija tad-djamanti;

    28.

    Tistieden lill-membri tal-Kunsill tal-UN (Ġnus Magħquda) għas-Sigurtà sabiex jadottaw definizzjoni ta' 'riżorsi ta' konflitt' u jżidu l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali mal-mandat tal-Kummissjoni għall-Bini tal-Paċi;

    29.

    Tħeġġeġ l-installazzjoni u l-użu xieraq ta' sistemi ta' tagħrif bħall-bank tad-dejta dwar il-minjieri;

    30.

    Tenfasizza l-fatt li l-kumpaniji li qegħdin jutilizzaw ir-riżorsi naturali għandhom responsabiltà li jippromwovu ambjent ekonomiku trasparenti li jirrispetta l-iżvilupp sostenibbli u li huwa fl-interess tagħhom li jagħmlu dan; tħeġġiġhom sabiex jieħdu inizjattivi kollettivi għal dan il-għan, bħaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji “nodfa”;

    31.

    Tenfasizza l-fatt li, skond l-Artikoli 96 u 97 tal-Ftehim ta' Cotonou, każijiet serji ta' korruzzjoni jistgħu jwasslu għal konsultazzjonijiet;

    32.

    Tistieden lill-pajjiżi AKP sabiex iniedu dibattitu pubbliku nazzjonali dwar l-utilizzazzjoni tad-dħul mir-riżorsi naturali u l-ġustizzja soċjali;

    33.

    Titlob lill-Istati AKP li jipproduċu ż-żejt sabiex jirrispettaw, jagħtu appoġġ u jħeġġu l-attivitajiet ta' attivisti kontra l-korruzzjoni u ta' difensuri tat-trasparenza;

    34.

    Tenfasizza l-irwol tal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi AKP fil-promozzjoni tal-governanza tajba u tirrakkomanda li dan l-irwol ikun irrikonoxxut u stabbilit b'mod uffiċjali fl-“Istrateġija Konġunta bejn l-UE u l-Afrika” tal-ġejjieni;

    35.

    Tistieden lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali AKP u ta' l-UE, flimkien mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, sabiex jikkoperaw fit-twaqqif ta' sistema ta' kontrolli u bilanċi, inklużi proċeduri kriminali, sabiex tkun ibbilanċjata l-korruzzjoni min-naħa tal-gvernijiet u ta' l-amministrazzjonijiet;

    36.

    Tħeġġeġ lill-gvernijiet, lill-istituzzjonijiet u lill-kapijiet politiċi kollha sabiex jallokaw proporzjon tad-dħul li jirriżulta mill-utilizzazzjoni b'mod responsabbli tar-riżorsi naturali sabiex jiżdied il-qligħ tal-ħaddiema taċ-ċivil, ta' l-uffiċjali tal-pulizija u tal-ħaddiema fis-setturi ekonomiċi rilevanti, b'ħarsa li l-korruzzjoni ssir inqas attraenti;

    37.

    Tistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi AKP u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jagħtu appoġġ lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali AKP fix-xogħol tagħhom bħala awtorità baġitarja permezz tad-djalogu, ta' l-iskambju ta' tagħrif u tat-trawwim ta' ħila;

    38.

    Titlob lill-Kummissjoni sabiex tfassal komunikazzjoni li tiddefinixxi l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għat-tisħiħ tad-demokrazija parlamentari u l-istat tad-dritt fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

    39.

    Tħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi AKP sabiex jeżerċitaw pressjoni fuq il-gvernijiet tagħhom sabiex jegħlbu l-korruzzjoni interna u għaldaqstant jippromwovu governanza aħjar fl-immaniġġjar tad-dħul pubbliku permezz ta' l-inkorporazzjoni ta' leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni u mekkaniżmi indipendenti għall-immonitorjar immirati lejn trasparenza ikbar jew il-provvista ta' iktar aċċess għal tagħrif dwar l-użu u l-allokazzjoni tad-dħul li jitnissel mill-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali;

    40.

    Tenfasizza l-fatt li huwa essenzjali wkoll li jissaħħu s-sistema ġudizzjali, il-ġudikatura indipendenti u l-istituzzjonijiet supremi tal-verifika fil-pajjiżi AKP;

    41.

    Tistieden ukoll lill-parlamenti AKP sabiex jadottaw kodiċi speċifiċi ta' l-imġiba għal governanza tajba għall-prevenzjoni ta' kull riskju ta' korruzzjoni interna; temmen li l-pubblikazzjoni tad-dħul tal-membri parlamentari tista' wkoll tikkontribwixxi għal trasparenza ikbar;

    42.

    Tistieden lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali sabiex jagħtu appoġġ u jħaffu l-azzjoni mir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili sabiex jingħelbu l-governanza ħażina u l-korruzzjoni billi jippermettulhom li jwettqu x-xogħol tagħhom taħt l-aqwa kondizzjonijiet u bl-ogħla libertà ta' azzjoni u billi jiggarantulhom il-ħila, il-mezzi u r-riżorsi neċessarji;

    43.

    Titlob lis-soċjetà ċivili u lill-parlamenti nazzjonali sabiex jieħdu sehem fl-immonitorjar baġitarju effettiv fl-għamla ta' għadd ta' stħarriġ ta' riċerka dwar l-infiq pubbliku (PETS) li jippreżentaw xebh iddettaljat bejn id-“dħul” u l-“ħruġ” fuq il-bażi tal-kriterji applikati mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) ta' l-OECD;

    44.

    Temmen li ta' min jitfasslu indikaturi soċjali speċifiċi sabiex tinkiseb dejta iktar iddettaljata dwar il-kwalità tal-governanza miksuba mill-firmatarji tal-Ftehim ta' Cotonou u titlob għal trasparenza min-naħa ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili involuti b'rabta ma' l-immaniġġjar tal-fondi li jirċievu;

    45.

    Tistieden lill-gvernijiet, lill-istituzzjonijiet u lill-kapijiet politiċi kollha sabiex jiżguraw li l-uffiċjali jingħataw taħriġ speċjali u jsiru konxji dwar l-importanza ta' l-użu responsabbli u ta' l-utilizzazzjoni tajba għall-ambjent tar-riżorsi naturali;

    46.

    Tenfasizza l-fatt li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tista' tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-promozzjoni ta' klima ta' investiment iktar żgura; tistieden lill-Unjoni Ewropea bħala ko-chairman tal-programm ta' l-Infiq Pubbliku u tar-Responsabiltà Finanzjarja (PEFA) — li jipprovdi qafas standard għall-evalwazzjoni tar-riskju fiduċjarju fil-pajjiżi benefiċjarji — sabiex tinkludi indikaturi tal-PEFA imfasslin sabiex ikejlu l-livell ta' korruzzjoni;

    47.

    Titlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-livelli ta' korruzzjoni għaldaqstant misjubin bħala l-bażi tagħha għall-promozzjoni tal-governanza tajba u sabiex jingħataw bidu l-konsultazzjonijiet skond l-Artikoli 96 u 97 tal-Ftehim ta' Cotonou b'rabta ma' miżuri xierqa kontra reġimi korrotti; tenfasizza l-fatt li, madankollu, il-promozzjoni tal-governanza tajba m'għandhiex isservi bħala pretest sabiex ikunu imposti b'mod unilaterali kondizzjonijiet għall-għajnuna;

    48.

    Tenfasizza s-sehem importanti li għandhom l-inizjattivi reġjonali fit-tnaqqis tal-korruzzjoni u fil-promozzjoni tal-governanza tajba, bħall-Mekkaniżmu ta' l-Afrika għal Analiżi minn Esperti (APRM); tenfasizza l-esiġenza tal-pajjiżi ta' l-Afrika li jimplimentaw dawn l-inizjattivi u tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri sabiex jipprovdu għajnuna teknika u finanzjarja għal dan il-għan;

    49.

    Titlob lill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom ċentri finanzjarji sabiex jieħdu l-miżuri legali u amministrattivi kollha neċessarji biex jiggarantixxu r-ripatrijazzjoni ta' fondi miksubin b'mod illegali lill-pajjiż ta' l-oriġni;

    50.

    Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti sabiex iressqu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill AKP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kummissjoni ta' l-Unjoni ta' l-Afrika, lill-Parlament Pan-Afrikan u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali, u lill-Organizzazzjoni Globali tal-Membri Parlamentari Kontra l-Korruzzjoni (GOPAC).


    (1)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE nhar it-28 ta' Ġunju 2007 f'Wiesbaden (il-Ġermanja).

    (2)  ĠU C 249, tas-7.10.2005.

    (3)  ĠU C 103 E, tad-29.4.2004, p. 550.

    (4)  Għadhom ma ġewx ippubblikati fil-ĠU.

    (5)  ĠU C 136, tad-9.6.2006, p. 17.

    RIŻOLUZZJONI  (1)

    dwar it-tnaqqis tal-faqar għall-bdiewa żgħar fil-pajjiżi AKP — b'mod partikolari fis-setturi tal-frott, tal-ħxejjex u tal-fjuri

    L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

    f'laqgħa f'Wiesbaden (il-Ġermanja) mill-25 sat-28 ta' Ġunju 2007,

    wara li qieset l-Artikolu 17.1 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha,

    wara li qieset l-għanijiet tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ffirmat f'Cotonou nhar it-23 ta' Ġunju 2000 fil-qasam tal-kummerċ u t-tnaqqis tal-faqar,

    wara li qieset ir-rapport tal-UN (Ġnus Magħquda) dwar is-sigurtà ta' l-ikel f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, ippreżentat mir-Rapporteur Speċjali tal-UN għall-Kummissjoni tal-UN għad-Drittijiet tal-Bniedem f'Marzu 2002 (2),

    wara li qieset id-Dikjarazzjoni ta' Cape Town dwar negozjati AKP-UE tal-ġejjieni ta' arranġamenti ġodda tal-kummerċ,

    wara li qieset l-impenn tas-Summit Dinji ta' l-Ikel ta' l-1996 li jitnaqqas l-għadd ta' nies mhux mitmugħin biżżejjed bin-nofs sas-sena 2015, li għad fadal ħafna sabiex jintlaħaq (3),

    wara li qieset id-dikjarazzjoni tal-UN marbuta ma' l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) u l-impenn tagħha li telimina l-faqar (4),

    wara li qieset ir-Rapporti suċċessivi dwar l-Iżvilupp Uman imfasslin mill-Programm ta' Żvilupp tal-Ġnus Magħquda,

    wara li qieset l-Analiżi ta' Nofs it-Terminu tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) min-netwerks reġjonali AKP ta' organizzazzjonijiet ta' bdiewa, ippubblikata nhar l-10 ta' Diċembru 2006 (5) u n-negozjati li qegħdin isiru bħalissa ta' l-EPA,

    A.

    billi, skond ir-rapport tal-UNCTAD (Konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp) ta' l-2006 dwar LDCs (l-Inqas Pajjiżi Żviluppati), l-għadd ta' nies li jgħixu f'faqar estrem sar iktar mid-doppju f'dawn l-aħħar tletin sena, filwaqt li għola minn 138 miljun fis-sittinijiet għal 334 miljun fl-2000 u, jekk jippersistu t-tendenzi kurrenti, l-għadd ta' nies li jgħixu b'inqas minn 1 US kuljum se jogħla minn 334 miljun għal 471 miljun sa l-2010,

    B.

    billi l-ġuħ, id-dgħjufija fiżika minħabba nuqqas ta' ikel sustanzjuż, u l-esklużjoni ta' miljuni ta' nies minn aċċess għall-ikel huma konsegwenzi ta', fost affarijiet oħrajn, politiki ekonomiċi, tal-biedja u tal-kummerċ tal-gvern kemm fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw kif ukoll f'dawk industrijalizzati,

    C.

    billi l-biedja hija s-settur ekonomiku maġġuri għall-biċċa l-kbira tal-popolazzjonijiet AKP; billi l-mod kif jaqilgħu l-għajxien tagħhom jiddependi fuq il-produzzjoni tal-biedja u attivitajiet irrelatati, filwaqt li stima ta' 60 % tal-popolazzjoni tax-xogħol hija impjegata f'dan is-settur fil-pajjiżi AKP kollha; billi 73 % tal-popolazzjoni rurali fl-Afrika tikkonsisti minn bdiewa li għandhom fil-pussess medda art żgħira użata għall-biedja bħala mezz ta' għajxien, li għalihom is-sigurtà ta' l-ikel hija l-ogħla prijorità,

    D.

    billi d-diversità bijoloġika, il-biedja sostenibbli u s-sigurtà ta' l-ikel jiddependu b'mod assolut fuq ir-rikonoxximent tas-sovranità ta' l-ikel tal-pajjiżi AKP u l-ispazju tal-politika neċessarju għall-ħarsien tas-setturi ekonomiċi fraġli tal-pajjiżi AKP u d-drittijiet individwali u kollettivi tal-bdiewa li jaħżnu, ipartu, iqassmu u jtejbu ż-żrieragħ, sabiex tissaħħaħ il-produzzjoni ta' l-ikel,

    E.

    billi l-biċċa l-kbira ta' l-attivitajiet ta' produzzjoni u ta' esportazzjoni tal-biedja fil-pajjiżi AKP titwettaq bażikament minn farms żgħar immexxijin minn familji, li huma sensittivi ħafna għall-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet,

    F.

    billi l-biċċa l-kbira ta' l-esportazzjonijiet AKP tal-biedja tiddependi fuq prodott mhux ipproċessat jew tnejn li jġibu ftit valur miżjud għall-ekonomija, u għaldaqstant jagħmlu lill-ekonomiji tagħhom iktar u iktar vulnerabbli,

    G.

    billi, f'dawn l-aħħar 15-il sena, iċ-ċifri ta' l-iżvilupp għal esportazzjonijiet tradizzjonali tal-biedja bħall-kafè, il-kawkaw, il-ġild ikkunzat u l-ġilda majnaw fis-suq ta' l-UE meta mqabblin ma' l-iżvilupp spettakolari (maqsum f'sitt partijiet) b'rabta ma' prodotti ġodda bħall-fjuri u t-tkabbir ta' malajr ta' swieq żgħar fil-qasam tal-Kummerċ Ġust u l-prodotti organiċi, li qegħdin juru potenzjal kbir,

    Tnaqqis ta' l-appoġġ domestiku u żieda ta' importazzjonijiet irħas

    H.

    billi l-Programmi ta' Aġġustament Strutturali li qegħdin jiġu implimentati mit-tmeninijiet wasslu għal tnaqqis fl-appoġġ tal-gvern għall-bdiewa u l-produzzjoni ta' l-ikel fuq skala żgħira u taw kontribuzzjoni b'rabta mal-fatt li tiddgħajjef il-biedja lokali,

    I.

    billi l-bidliet radikali tal-politika fis-sistema AKP tal-biedja jinkludu t-tneħħija tal-kontroll tal-prezzijiet fuq id-dħul u l-ħruġ tal-farms, tnaqqis drastiku fit-tariffi ta' l-importazzjonijiet, tnaqqis fl-appoġġ tal-gvern għat-tkabbir tal-biedja u s-servizzi veterinarji, irtirar ta' organizzazzjonijiet parastatali għall-promozzjoni kummerċjali tal-biedja u l-ftuħ tas-swieq domestiċi għall-kompetizzjoni esterna,

    J.

    billi bdiewa lokali AKP qegħdin jiġu mżebilħin minn importazzjonijiet ta' prodotti prinċipali għall-konsum domestiku, bħaċ-ċereali, il-ħalib, il-laħam, il-ħxejjex, u l-prodotti pproċessati,

    Termini mhux ġusti tal-kummerċ

    K.

    billi l-ekonomija bbażata fuq l-esportazzjoni ta' ċerti għelejjel, b'mod inevitabbli ddettata mill-kondizzjonijiet ġeo-klimatiċi u mill-art, qiegħda tqiegħed lill-popolazzjoni AKP fil-pożizzjoni paradossali ħafna li tipproduċi ikel għal swieq internazzjonali filwaqt li timporta prodotti prinċipali ssussidjati ta' l-ikel minn pajjiżi sinjuri sabiex tkopri l-esiġenzi lokali tagħhom,

    L.

    filwaqt li tosserva li d-dħul mill-esportazzjonijiet tal-pajjiżi AKP naqas għall-għexieren ta' snin li għaddew minkejja l-vantaġġ assolut tagħhom b'rabta mal-prodotti tropikali, il-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet ta' prodotti kummerċjali kkawżaw kollass b'60 % fil-prezz ta' prodotti tropikali bħall-kafè, il-kawkaw, iż-żejt tal-palma u l-qoton, li qiegħed ikollu impatt soċjali u ekonomiku diżastruż fuq il-popolazzjonijiet AKP,

    M.

    billi l-proċess kurrenti tan-negozjati ta' l-EPA m'huwiex xieraq, b'mod partikolari b'rabta mas-settur tal-biedja, minħabba d-differenzi enormi fil-produttività u fil-kompetittività bejn is-sitt reġjuni AKP u l-UE,

    N.

    filwaqt li tfakkar li r-relazzjonijiet tal-kummerċ AKP-UE għandhom l-għeruq tagħhom fil-ftehimiet ta' Yaoundé bejn dawk li qabel kienu s-setgħat kolonjali u l-eks kolonji tagħhom li fittxew li jiżguraw aċċess għall-Ewropa għal ċertu materjal mhux ipproċessat, filwaqt li jipprovdu lill-pajjiżi AKP b'awtlets li wieħed jista' joqgħod fuqhom u bi qligħ ta' valur mill-esportazzjonijiet fuq bażi stabbli li tista' titħabbar minn qabel, b'mod partikolari skond il-Protokolli ta' Prodotti Kummerċjali,

    L-impatt tal-bidla fil-klima

    O.

    billi, skond it-Tieni Rapport Dinji tal-UN dwar l-Iżvilupp ta' l-Ilma (2006), 75 % tal-popolazzjoni ta' l-Afrika tgħix f'reġjuni aridi jew semi aridi u madwar 20 % f'żoni fejn hemm fluttwazzjonijiet klimatiċi annwali fuq firxa wiesgħa,

    P.

    billi r-Rapport tal-Millennju ta' Evalwazzjoni ta' l-Ekosistema jikkonkludi li madwar 60 % ta' l-ekosistema dinjija, inklużi ilma frisk u stokkijiet tas-sajd, qiegħda tiġi ddegradata jew qiegħda tintuża b'mod mhux sostenibbli; billi, l-ifqar nies madwar id-dinja qegħdin ibatu l-iktar minħabba riżultat ta' dan, filwaqt li l-iktar oqsma vulnerabbli huma l-ilma, il-biedja, is-saħħa umana, il-bijodiversità, u l-livelli ta' l-ibħra li qegħdin jogħlew,

    Q.

    billi l-għargħar u n-nuqqas ta' xita huma mistennija li jseħħu b'mod iktar frekwenti, filwaqt li jwasslu għall-ġuħ u għal diżordni fuq firxa wiesgħa tal-benesseri soċjo-ekonomiku, b'mod partikolari fl-Afrika, filwaqt li l-livelli ta' l-ibħra li jogħlew qegħdin jheddu l-vijabiltà ta' ċerti gżejjer tal-Paċifiku,

    R.

    billi, skond ir-Raba' Rapport ta' Evalwazzjoni ta' l-IPCC (Penil Intergovernattiv għall-Bidla fil-Klima) ta' l-2007, il-bidla fil-klima fil-50 sena li ġejjin tista' timpedixxi l-ksib ta' l-MDGs, billi l-produzzjonijiet tal-biedja f'xi pajjiżi ta' l-Afrika x'aktarx jaqgħu sa 50 % sa l-2020 u billi l-provvisti ta' l-ilma tajjeb għax-xorb isiru mhux biżżejjed f'ċerti gżejjer żgħar fil-Karibew, fl-Afrika u fil-Paċifiku,

    L-impatt ta' l-HIV/ta' l-AIDS

    S.

    billi, skond l-istimi ta' l-FAO (Organizzazzjoni ta' l-Ikel u tal-Biedja), 7 miljun ħaddiem tal-biedja mietu bl-HIV/bl-AIDS mill-1985, u 16-il miljun mewt oħra x'aktarx iseħħu fiż-żewġ perijodi li jmiss ta' għaxar snin kull wieħed fil-25 pajjiż l-iktar milqutin fl-Afrika,

    T.

    billi, fl-iktar għaxar pajjiżi milqutin ta' l-Afrika, huwa antiċipat tnaqqis tal-forza tax-xogħol b'rata ta' bejn 10 u 26 %, li jippreżenta theddida serja ħafna għas-saħħa pubblika u għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' l-Afrika, fejn il-biedja għandha rwol ċentrali,

    U.

    billi l-HIV/l-AIDS b'mod predominanti jolqtu l-forza produttiva tax-xogħol, billi jċaħħdu lir-reġjuni milqutin mill-produtturi ta' l-ikel u mill-bdiewa tagħhom, u billi jeqirdu s-settur tal-biedja għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin,

    V.

    billi l-kwistjonijiet tal-biedja fuq skala żgħira u ta' l-HIV/ta' l-AIDS huma marbutin b'mod intrinsiku, minħabba l-fatt li settur tal-biedja sostenibbli fuq skala żgħira huwa importanti, mhux biss għall-provvista tal-mezzi sabiex jitħallsu l-mediċini Kontra r-Retrovirusis (ARV), iżda wkoll għall-provvista tad-dieta bbilanċjata u sustanzjuża li hija neċessarja sabiex dawn il-mediċini jkunu effettivi,

    W.

    billi għandhom ikunu żviluppati strateġiji ta' tlaħħiq (aċċess għall-art, għall-kreditu u għall-mediċini) u għodod ġodda sabiex ikunu indirizzati l-esiġenzi speċifiċi tal-popolazzjonijiet rurali milqutin mill-marda li tinxtered, l-iktar l-anzjani, in-nisa u l-adulti mdgħajfin mill-marda,

    Il-biedja bħala parti mill-politika nazzjonali għall-iżvilupp u l-koperazzjoni AKP-UE

    X.

    billi, minkejja l-fatt li l-maġġoranza tan-nies foqra fil-pajjiżi AKP jgħixu f'żoni rurali, la l-gvernijiet nazzjonali lanqas il-politika ta' l-UE għall-koperazzjoni fl-iżvilupp m'huma qegħdin jagħtu prijorità lill-iżvilupp tal-biedja u lill-iżvilupp rurali,

    Y.

    billi 4 pajjiżi AKP biss minn 78 għamlu lill-biedja bħala settur ta' prijorità taħt id-9 EDF (Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp),

    Z.

    billi 30.7 % tad-9 EDF ġie allokat lill-programmi ta' aġġustament strutturali, 21.4 % lit-trasport, 7 % biss lill-iżvilupp rurali u 1.1 % lil setturi rrelatati b'mod speċifiku mal-biedja,

    AA.

    billi, għalkemm il-biċċa l-kbira tal-produtturi hija nisa, ebda rikonoxximent m'huwa jingħata lix-xogħol tagħhom u qiegħda tingħata ftit wisq attenzjoni lill-esiġenzi speċifiċi tagħhom,

    AB.

    Billi, taħt l-10 EDF, jingħażlu żewġ setturi fokali biss għal kull pajjiż,

    AC.

    billi l-aċċess għall-kreditu huwa problema maġġuri għall-bdiewa żgħar u dan qiegħed ifixkel l-iżvilupp tagħhom,

    AD.

    billi bdiewa żgħar f'Żoni Inqas Vantaġġati għandhom jingħataw prijorità, minħabba li b'mod tradizzjonali ma bbenefikawx mill-appoġġ għall-biedja; billi l-prinċipju ta' sussidjar u ta' investiment f'żoni mbiegħda u mċaħħda huwa prinċipji stabbilit sew tal-politika ta' koeżjoni ta' l-UE,

    AE.

    billi l-UE tinsab bħalissa fil-proċess li tiżviluppa Strateġija ta' “Għajnuna għall-Kummerċ” li tista' tirriżulta f'appoġġ miżjud għall-bdiewa fuq skala żgħira,

    1.

    Tqis li l-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp AKP-UE għandha tkun ibbażata fuq ir-rikonoxximent tad-dritt tal-pajjiżi AKP li jħarsu l-biedja tagħhom sabiex jiggarantixxu qligħ diċenti għall-bdiewa żgħar, żieda fil-produzzjoni lokali u jiggarantixxu s-sigurtà ta' l-ikel, filwaqt li jippermettu opportunitajiet selettivi tas-suq, kif kien il-każ fl-Ewropa;

    2.

    Temmen li l-ġlieda kontra l-faqar u n-nuqqas ta' sigurtà ta' l-ikel għandhom jindirizzaw il-kawżi strutturali tal-faqar f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u, għal din ir-raġuni, titlob għal miżuri għall-promozzjoni ta' l-aċċess għar-riżorsi ta' l-art, ta' l-ilma u tal-bijodiversità u għat-tħeġġiġ ta' politika ta' appoġġ lokali għal meded art żgħar sostenibbli tal-biedja;

    3.

    Tappoġġja lid-Dikjarazzjoni ta' Maputo (6) tal-Kapijiet ta' l-Istat ta' l-Afrika, li tirrikonoxxi l-irwol ċentrali tal-biedja fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esiġenza għal żieda ta' 10 % f'appoġġ baġitarju f'dan is-settur;

    4.

    Temmen li l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa għandhom ikunu rrikonoxxuti bħala atturi importanti f'inizjattivi li jolqtu lis-setturi rurali u tal-biedja u għandhom ikunu inklużi fil-grupp mhux governattiv ikkonsultat b'mod regolari mill-KE; temmen, b'mod partikolari, li l-interessi ta' bdiewa ta' sussistenza fuq skala żgħira għandhom ikunu rrappreżentati b'mod xieraq;

    Orjentazzjoni mill-ġdid tal-finanzjament ta' l-EDF

    5.

    Titlob kemm lill-pajjiżi ta' l-UE kif ukoll AKP sabiex jorjentaw mill-ġdid il-politika tagħhom billi jqiegħdu l-biedja fil-qalba ta' l-ipprogrammar ta' l-EDF sabiex jitqies il-fatt li l-maġġoranza tan-nies foqra fil-pajjiżi AKP tgħix fil-kampanja;

    6.

    Tistieden lill-UE sabiex tappoġġja t-trasformazzjoni strutturali tal-produzzjoni f'pajjiżi foqra lilhinn minn ekonomija mmexxija mill-esportazzjoni u lejn strateġija ta' żvilupp sostenibbli intra-reġjonali, billi tqis l-esiġenza reali tal-popolazzjonijiet u tfittex li tnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi industrijalizzati u tibni swieq domestiċi u reġjonali;

    7.

    Ittenni l-importanza li jkunu disponibbli biżżejjed mezzi għat-tħaffif tal-konformità mar-regoli bħal dawk marbutin mat-twaħħil ta' tikketti, ma' l-ippakkjar u mar-rekwiżiti tas-saħħa pubblika għal prodotti li ġejjin minn bdiewa żgħar u li jiġu esportati għal swieq reġjonali u ta' l-UE, u għall-provvista ta' taħriġ xieraq għall-bdiewa;

    8.

    Ittenni l-importanza li jkunu disponibbli mezzi xierqa għall-bdiewa żgħar, b'mod partikolari għan-nisa, sabiex jinvestu fit-titjib ta' proċessi ta' produzzjonijiet lokali;

    9.

    Tirrakkomanda li jkunu disponibbli iktar mezzi għall-organizzazzjonijiet li jservu lill-komunitajiet rurali u lill-produtturi billi jkun ipprovdut finanzjament ta' l-EDF skond il-Ftehim ta' Cotonou AKP-UE;

    10.

    Titlob għall-għajnuna ta' l-EDF għall-konverżjoni għall-biedja organika, fejn possibbli u għall-biedja tal-Kummerċ Ġust fejn xieraq, għall-promozzjoni ta' produzzjoni sostenibbli għall-futur imbiegħed kif ukoll sabiex jiżdied id-dħul tal-bdiewa għal kull kilogramm prodott;

    11.

    Titlob għall-għajnuna ta' l-EDF sabiex tippermetti l-użu ta' teknoloġija moderna għad-desalinizzazzjoni ta' l-ilma tal-baħar u għat-titjib tal-kwalità ta' l-ilma fiż-żoni kollha fejn l-ilma huwa skars;

    12.

    Titlob għall-għajnuna ta' l-EDF għat-tnaqqis ta' l-użu ta' pestiċidi intensivi b'rabta mal-kapital u fertilizzanti sintetiċi favur iktar sorsi alternattivi sostenibbli ta' nutrimenti u prodotti għall-ħarsien tal-pjanti adattati għall-esiġenzi lokali;

    13.

    Titlob sabiex l-esiġenzi ta' bdiewa ta' sussistenza fuq skala żgħira jitqiegħdu f'ordni ta' prijorità fil-politiki ta' l-istrateġija ta' l-iżvilupp AKP u ta' l-UE, minħabba l-fatt li huma jsawru perċentwal għoli ta' bdiewa AKP u huma vulnerabbli b'mod partikolari;

    Termini mhux ġusti tal-kummerċ

    14.

    Tqis li xi ftehimiet tal-kummerċ ħieles bejn imsieħba mhux indaqs aggravaw il-faqar u qegħdin ikollhom impatt avvers fuq is-sigurtà ta' l-ikel u qegħdin jikkontribwixxu għad-deterjorament tas-sitwazzjoni ta' xi stati AKP li jagħmlu profitt nett mill-importazzjoni ta' l-ikel; tistieden lill-UE u lill-Istati Membri sabiex jerfgħu r-responsabiltajiet tagħhom b'rabta ma' dan filwaqt li jqisu l-allokazzjoni tar-riżorsi fi ħdan iż-żieda ta' l-ODA (Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp) lill-esiġenzi ta' aġġustament irrelatati mal-kummerċ;

    15.

    Tosserva li l-pakkett tal-politika dwar il-kummerċ ħieles iddisinjat mid-donaturi, li jinkludi tnaqqis drastiku tat-tariffi ta' l-importazzjoni, irriżulta f'iktar importazzjonijiet ta' l-ikel f'bosta pajjiżi ta' l-Afrika: ir-ross impurtat fil-Burkina Faso żdied minn 99 000 tunnellata fl-1996 għal 137 808 tunnellati fl-2000 u l-produzzjoni lokali tar-ross li jikber fl-għelieqi naqset minn 111 700 tunnellata fl-1997 għal 66 300 tunnellata fl-2001, b'importazzjonijiet tar-ross illum il-ġurnata fil-Kamerun li jkopru 87 % ta' l-esiġenza tal-popolazzjoni fuq spejjeż tal-produtturi lokali;

    EPAs u integrazzjoni reġjonali mmexxija mill-pajjiżi AKP

    16.

    Tistieden lill-pajjiżi AKP sabiex jiksbu integrazzjoni reġjonali fis-sod, li tiffunzjona, sostenibbli u komplementari qabel ma jqisu Ftehim tal-Kummerċ Ħieles ma' l-UE u/jew oħrajn u tqis li integrazzjoni reġjonali mmexxija mill-pajjiżi AKP għandha tkun kondizzjoni minn qabel għall-konklużjoni ta' EPAs orjentati lejn l-iżvilupp;

    17.

    Tinnota b'sorpriża li l-konfigurazzjonijiet reġjonali għall-immaniġġjar ta' negozjati ta' l-EPA mhux dejjem jikkorrispondu għal strutturi reġjonali eżistenti li fihom bħalissa qegħdin jaħdmu l-pajjiżi AKP;

    18.

    Tistieden lill-partijiet involuti fin-negozjati ta' l-EPA li qegħdin isiru bħalissa sabiex jiżguraw li jżommu u jkunu konformi ma' l-obbligu li jkunu salvagwardati l-benefiċċji msaħħin mill-garanziji li jidhru fl-arranġament eżistenti tal-kummerċ sabiex ebda Stat AKP ma jkun f'qagħda agħar fl-EPAs tal-ġejjieni;

    19.

    Tqis li n-negozjati kurrenti tal-kummerċ ħieles ta' l-EPA jistgħu jkunu ta' theddida serja għall-produzzjoni lokali ta' l-AKP jekk iwasslu għal kompetizzjoni bejn żewġ sistemi tal-biedja li huma differenti ferm f'termini ta' produttività, politika u sussidjarjetà ta' l-UE, u tħeġġeġ lill-UE sabiex tqis l-opinjonijiet ta' gvernijiet lokali;

    20.

    Tenfasizza l-fatt li l-kummerċ ħieles bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar jiġbor fih il-ħlas ta' prezz ġust għar-riżorsi u l-prodotti tal-biedja tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jiġifieri prezz li jirrifletti l-ispejjeż interni u esterni, filwaqt li jirrispetta l-inqas kriterji li jiggvernaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol, il-pagi tal-forza tax-xogħol u l-ħarsien ambjentali; tħeġġeġ lill-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Kummerċ Ħieles bi qbil ma' l-impenn li hemm fl-Artikolu 23(g) tal-Ftehim ta' Cotonou;

    21.

    Tenfasizza l-esiġenza li jiġu appoġġjati l-proċessi ta' żvilupp pubbliċi u reġjonali fil-pajjiżi AKP; titlob għat-tisħiħ ta' strutturi lokali u ta' netwerks reġjonali għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-biedja;

    22.

    Tħeġġeġ bis-saħħa li jkunu żviluppati u utilizzati strumenti ta' finanzjament disponibbli b'mod ġenerali għal produtturi dgħajfin b'mod finanzjarju; tenfasizza l-importanza ta' programmi ta' self ta' daqs żgħir u medju għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp rurali u sabiex ikunu appoġġjati l-produtturi lokali, il-kooperattivi lokali u t-twaqqif ta' negozji, b'mod partikolari min-nisa;

    Bidla fil-klima

    23.

    Tenfasizza l-impatt qerriedi tal-bidla fil-klima fuq pajjiżi vulnerabbli, l-iskala ta' emerġenzi ta' l-ikel li jseħħu kull sena fl-Afrika li saru t-triplu min-nofs it-tmeninijiet, u fl-2006 biss iktar minn 25 miljun Afrikan ħabbtu wiċċhom ma' kriżijiet ta' l-ikel;

    24.

    Tinnota li studju ta' l-2005 mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) stabbilixxa rabta diretta bejn il-bidla fil-klima globali u rati miżjudin tal-malarja, ta' dgħjufija fiżika minħabba nuqqas ta' ikel sustanzjuż, u tad-dijarea, filwaqt li bassar li l-mard u perikli oħrajn għall-bniedem se jiżdiedu iktar malajr fl-Afrika, minħabba li m'hijiex m'għammra sew biex tlaħħaq magħhom;

    25.

    Tistieden lill-pajjiżi AKP u ta' l-UE sabiex iqiegħdu l-bidla fil-klima fil-qalba tal-politika ta' l-iżvilupp strateġiku u jindirizzaw it-theddida tat-tisħin globali għall-produzzjoni ta' l-ikel, li rapport tal-UN bassar li se taqa' għal 5 % sa l-2080, filwaqt li bejn 25 % u 40 % tal-ħabitats naturali ta' l-Afrika jistgħu jintilfu wkoll, u 30 % ta' l-infrastruttura tal-kosta tagħha tinqered;

    26.

    Tistieden lill-UE sabiex twettaq l-għan tagħha li tiżgura l-ogħla żieda fit-temperatura ta' 2 gradi, in-nefqa neċessarja ta' investiment li għandha tintlaħaq mill-pajjiżi industrijalizzati;

    27.

    Titlob studju ta' l-impatt ambjentali ta' ftehimiet ta' liberalizzazzjoni tal-kummerċ sabiex tidentifika l-ispejjeż ekoloġiċi tagħhom u l-impatt tagħhom fuq is-sigurtà ta' l-ikel, ir-riżorsi ta' l-enerġija, u t-tisħin globali;

    Ġlieda kontra l-HIV/l-AIDS

    28.

    Tesprimi t-tħassib serju tagħha dwar l-effett perikoluż potenzjali ta' l-HIV/ta' l-AIDS fuq l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi AKP, u b'mod partikolari l-impatt tiegħu fuq il-biedja ta' sussistenza u kummerċjali minħabba forza tax-xogħol rurali li kulma jmur qiegħda tonqos, u t-telf ta' dawk b'għarfien dwar il-biedja u ta' ħaddiema tas-sengħa, li jirriżultaw f'waqgħa fil-produttività, inqas opportunitajiet ta' l-impjieg u nuqqas ta' sigurtà ta' l-ikel;

    29.

    Tqis li l-ġlieda kontra l-HIV/l-AIDS għandha tkun kwistjoni fundamentali għall-gvernijiet AKP u għall-politiki ta' żvilupp ta' l-UE, sabiex ikunu jistgħu jittrattaw il-konsegwenzi qerredin ta' l-HIV/ta' l-AIDS fuq is-sigurtà ta' l-ikel u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku u li miżuri sabiex jingħelbu l-HIV/l-AIDS, għal din ir-raġuni, għandhom ikunu marbutin ma' programmi tal-biedja u għall-iżvilupp rurali;

    30.

    Tqis li l-valur għoli tal-mediċini sabiex jingħelbu l-HIV/l-AIDS u mard ieħor li jista' jitfejjaq jippreżenta theddida serja għall-produzzjoni tal-biedja u għall-iżvilupp tas-settur rurali fil-pajjiżi AKP;

    Li tkun appoġġjata l-biedja u li l-popolazzjoni timtela b'fiduċja fil-ġejjieni

    31.

    Tenfasizza li l-politiki ta' aġġustament strutturali segwiti mill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) u appoġġjati mill-Unjoni Ewropea mit-tmeninijiet, li huma bbażati biss fuq id-deflazzjoni ekonomika permezz ta' miżuri monetarji, l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' l-ekonomija tas-suq u inqas involviment ta' l-istat, m'humiex ekwivalenti għall-biċċa xogħol li jitnaqqas il-faqar;

    32.

    Titlob għall-eliminazzjoni tas-sussidji kollha ta' l-UE b'rabta ma' l-esportazzjoni minħabba li b'mod gravi qegħdin iżebilħu l-produzzjoni lokali ta' l-ikel;

    33.

    Tilqa' f'dan il-kuntest id-deċiżjoni li ttieħdet mill-UE fil-konferenza ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) f'Hong Kong fl-2005 għall-abolizzjoni tas-sussidji b'rabta ma' l-esportazzjonijiet tal-biedja sa l-2013, u tħeġġeġ li jsir progress fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet li ttieħdu;

    34.

    Titlob għal impenn mill-Istati Membri ta' l-UE u mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jindirizzaw il-kawżi strutturali ta' emigrazzjoni massiva billi jbiddlu l-politiki kurrenti tagħhom, inkluż il-fatt li jixħtu l-prodotti ta' l-UE fis-swieq ta' pajjiżi tat-tielet dinja, sabiex jippermettu lill-pajjiżi Afrikani li jħarsu u jibnu l-ekonomiji tagħhom, jiggarantixxu qligħ diċenti għall-popolazzjonijiet tagħhom, u għaldaqstant joffru prospetti aħjar għall-ġejjieni;

    35.

    Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha sabiex iressqu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill AKP-UE u lill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE nhar it-28 ta' Ġunju 2007 f'Wiesbaden (il-Ġermanja).

    (2)  Rapport (E/CN.4/2002/58) minn Jean Ziegler, ir-Rapporteur Speċjali tal-UN dwar id-dritt għall-ikel, għall-Kummissjoni tal-UN għad-Drittijiet tal-Bniedem.

    (3)  Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar is-Sigurtà Dinjija ta' l-Ikel adottata fis-Summit Dinji ta' l-Ikel bejn it-13 u s-17 ta' Novembru 1996 f'Ruma, l-Italja.

    (4)  Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tal-UN 55/2 adottata nhar it-18 ta' Settembru 2000“Dikjarazzjoni tal-Millennju tal-Ġnus Magħquda”.

    (5)  Analiżi ta' Nofs it-Term tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs), kontribuzzjoni indipendenti tan-netwerks reġjonali ta' l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, l-10 ta' Diċembru 2006.

    (6)  Dikjarazzjoni ta' Maputo `Flimkien infasslu l-ġejjieni tagħna, ir-4 Summit tal-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern AKP, Maputo, il-Możambik, it-23 u l-24 ta' Ġunju 2004 (AKP/28/010/04 finali).

    RIŻOLUZZJONI  (1)

    dwar l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa u l-effett tagħha fuq l-iżvilupp nazzjonali

    L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

    f'laqgħa f'Wiesbaden (il-Ġermanja) mill-25 sat-28 ta' Ġunju 2007,

    wara li qieset l-Artikoli 177, 178, 179, 180, 181 u 181a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    wara li qieset l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou nhar it-23 ta' Ġunju 2000 (il-“Ftehim ta' Cotonou”) (2), u emendat fil-Lussemburgu nhar il-25 ta' Ġunju 2005 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu dwar l-emigrazzjoni,

    wara li qieset il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Emigrazzjoni u Żvilupp: xi orjentazzjonijiet konkreti” (4),

    wara li qieset il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitolata “Strateġija ta' l-UE għal Azzjoni dwar il-Kriżi fir-Riżorsi Umani għas-Saħħa f'Pajjiżi li qegħdin Jiżviluppaw” (5),

    wara li qieset il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill intitolata “Kontribut lill-Pożizzjoni ta' l-UE għad-Djalogu ta' Livell Għoli tal-Ġnus Magħquda dwar l-Emigrazzjoni u l-Iżvilupp” (6),

    wara li qieset il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitolata “L-approwċ globali għall-emigrazzjoni sena wara: lejn politika Ewropea komprensiva dwar l-emigrazzjoni” (7),

    wara li qieset il-Pjan tal-Politika tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Emigrazzjoni Legali (8),

    wara li qieset is-Summit tal-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern ta' l-Unjoni ta' l-Afrika (AU), li sar f'Khartoum nhar it-23 u l-24 ta' Jannar 2006, li afferma mill-ġdid il-firxa u l-impatt ta' l-emigrazzjoni fuq l-iżvilupp,

    wara li qieset ir-rapport adottat mis-sessjoni plenarja tal-Laqgħa ta' l-Esperti mill-UE, mill-Amerka Latina u mill-Karibew dwar l-Emigrazzjoni f'Marzu 2006,

    wara li qieset id-Dikjarazzjoni ta' Brussell u l-Pjan ta' Azzjoni dwar ir-Refuġju, l-Emigrazzjoni u l-Mobiltà, adottati fl-ewwel Laqgħa tal-Ministri AKP responsabbli mir-Refuġju, l-Emigrazzjoni u l-Mobiltà, li saret fi Brussell nhar it-13 ta' April 2006,

    wara li qieset id-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-Afrika u l-UE dwar l-Emigrazzjoni u l-Iżvilupp, adottata fil-Konferenza Ministerjali bejn l-UE u l-Afrika li saret fi Tripli nhar it-22 u t-23 ta' Novembru 2006,

    wara li qieset ir-riżultat tal-Konferenza Ministerjali bejn l-UE u l-Afrika dwar l-Emigrazzjoni u l-Iżvilupp li saret f'Rabat nhar l-10 u l-11 ta' Lulju 2006,

    wara li qieset ir-riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda dwar “L-emigrazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali” (9),

    wara li qieset il-konklużjonijiet tal-Kunsilli Ewropej ta' Diċembru 2005, ta' Marzu 2006 u ta' Diċembru 2006,

    wara li qieset ir-riżultat tad-Djalogu ta' Livell Għoli ta' l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda dwar l-Emigrazzjoni u l-Iżvilupp, li sar fi New York nhar l-14 u l-15 ta' Settembru 2006,

    wara li qieset ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda intitolat “Emigrazzjoni u żvilupp internazzjonali” (10),

    wara li qieset ir-rapport ta' Ottubru 2005 mill-Kummissjoni Globali dwar l-Emigrazzjoni Internazzjonali intitolat “L-emigrazzjoni f'dinja magħquda flimkien: Direzzjonijiet ġodda għal azzjoni” (11),

    wara li qieset ir-rapport ta' Ġunju 2006 ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) intitolat “L-effetti ta' l-emigrazzjoni fuq il-pajjiżi li minnhom jitilqu l-emigranti: x'nafu dwar dan?”,

    wara li qieset ir-rapport ta' l-2002 ta' l-OECD intitolat “Mobiltà internazzjonali tal- ħaddiema ta' sengħa ta' livell għoli”,

    wara li qieset ir-rapport tal-Bank Dinji intitolat “Prospetti Ekonomiċi Globali ta' l-2006: Implikazzjonijiet Ekonomiċi tar-Rimessi u ta' l-Emigrazzjoni” (12),

    wara li qieset ir-'Rapport dwar l-Iżvilupp Uman ta' l-2001' tal-Programm ta' l-Iżvilupp tal-Ġnus Magħquda (UNDP),

    wara li qieset ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2006 dwar l-iżvilupp u l-emigrazzjoni (13),

    wara li qieset l-Artikolu 17(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha,

    wara li qieset ir-rapport mill-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u għall-Ambjent (ACP-EU/100.012/07/fin.),

    A.

    billi d-dritt ta' individwi li jmorru jgħixu barra minn pajjiżhom huwa dritt uman inaljenabbli,

    B.

    billi l-emigrazzjoni internazzjonali saret kwistjoni ta' prijorità fuq l-aġenda internazzjonali, li dan l-aħħar ġiet indirizzata minn dawk li jfasslu l-politika fuq livelli globali, Ewropej, u Ewro-Afrikani u fuq livelli ta' nazzjonijiet stati Ewropej u AKP, u jeżisti rikonoxximent li kulma jmur qiegħed jiżdied li l-emigrazzjoni u l-iżvilupp huma marbutin mill-qrib fuq livell globali u li jinfluwenzaw lil xulxin,

    C.

    billi jeżisti kunsens li kulma jmur qiegħed jikber f'oqsma politiċi li mmaniġġjar aħjar ta' l-emigrazzjonijiet jista' jiġġenera kisbiet importanti ħafna, forsi iktar importanti mit-tneħħija ta' l-ostakli dinjin tal-kummerċ,

    D.

    billi l-Ewropa, kemm fuq livell tal-Komunità kif ukoll ta' Stat Membru, għadha ma adottatx politika integrata dwar l-emigrazzjoni, b'politiki dwar l-emigrazzjoni, l-iżvilupp, il-kummerċ u s-sigurtà mmaniġġjati minn dipartimenti varji mhux ikkoordinati,

    E.

    billi m'hemm ebda kunsens internazzjonali dwar l-impatt attwali ta' l-emigrazzjoni tal-ħaddiema ta' sengħa (ta' livell għoli) għall-pajjiżi ta' l-oriġni u d-'dibattitu dwar dawn l-istess ħaddiema' għadu mmarkat minn ammont konsiderevoli ta' konfużjoni u frustrazzjoni, l-iktar minħabba n-nuqqas ta' dejta ta' l-istatistika ta' min wieħed joqgħod fuqha u n-nuqqas ta' studji ta' evalwazzjoni ta' l-impatt dwar rakkomandazzjonijiet politiċi potenzjali sabiex ikun indirizzat il-fenomenu ta' “l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa”,

    F.

    billi l-kwistjoni ta' l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa għadha ma ġietx indirizzata biżżejjed fil-qafas tad-djalogu UE-AKP,

    G.

    billi fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi AKP 'il fuq minn 10 % tal-popolazzjoni ta' l-adulti li rċevew edukazzjoni terzjarja emigrat lejn l-UE, it-Tramuntana ta' l-Amerka u pajjiżi żviluppati oħrajn, u l-Afrika fin-nofsinhar tad-deżert tas-Saħara hija r-reġjun l-iktar milqut b'mod sever mill-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa, billi kważi r-reġjun kollu huwa xhieda ta' rata ta' popolazzjoni li rċeviet edukazzjoni terzjarja li tgħix f'pajjiżi ta l-OECD 'il fuq minn 20 % (14), u xi pajjiżi żgħar jilħqu rata drammatika ta' 80 % (15),

    H.

    billi, filwaqt li ċ-ċentri ewlenin ta' l-emigrazzjoni huma l-Asja u l-Amerka Latina, l-emigranti ta' l-Ewropa ta' sengħa ta' livell għoli ġejjin l-iktar mill-Afrika (13.5 % tar- residenti ta' l-UE ta' sengħa ta' livell għoli twieldu f'pajjiżi mhux ta' l-OECD) (16),

    I.

    billi dejta ta' l-istatistika dwar flussi ta' l-emigrazzjoni minn xi pajjiżi fl-Afrika hija ta' sikwit mhux kompleta u mhux aġġornata, filwaqt li ċċaħħad lil dawk li jfasslu l-politika minn għodda importanti li biha jittieħdu d-deċiżjonijiet,

    J.

    billi l-UNDP (Programm ta' Żvilupp tal-Ġnus Magħquda) stqarr li l-kwistjoni ta' emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa tirrappreżenta telf ta' biljuni ta' dollari għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (17), minħabba l-importanza ta' l-għarfien bħala fattur deċiżiv ta' l-iżvilupp f'dinja żviluppata globalment,

    K.

    billi fl-Afrika fin-nofsinhar tad-deżert tas-Saħara, il-kwistjoni ta' l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa tista' twassal għal nuqqas ta' xogħol f'setturi vitali, b'mod partikolari fis-saħħa u fl-edukazzjoni, b'konsegwenzi qerredin fuq il-provvista u l-kwalità ta' servizzi essenzjali bħal dawn,

    L.

    billi t-tluq ta' emigrant tas-sengħa jfisser għall-pajjiż ta' l-oriġni, it-telf tad-dħul mit-taxxa u l-agħar xenarju telf, l-aħjar xenarju ebda dħul dirett, ta' investiment f'edukazzjoni u f'taħriġ preċedenti ta' professjonijisti tas-sengħa kif ukoll telf ta' ħiliet u esperjenza li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp,

    M.

    billi l-kwistjoni ta' l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa tnaqqas il-proċess ta' innovazzjoni f'pajjiżi li minnhom jitilqu l-emigranti, u għaldaqstant tkompli tagħmel ħsara lill-potenzjal għall-iżvilupp ekonomiku,

    N.

    billi l-kwistjoni ta' l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa jista' jkollha effetti soċjali fuq il-kompożizzjoni ta' familji, l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-edukazzjoni u s-saħħa tat-tfal,

    O.

    billi l-iżvilupp, is-saħħa u l-edukazzjoni tat-tfal ta' l-emigranti huma milqutin mill-emigrazzjoni, b'riżultati jew pożittivi (ir-rimessi jistgħu jnaqqsu x-xogħol li jsir mit-tfal u jżidu l-infiq tal-familji fuq l-edukazzjoni u s-saħħa) jew inkella negattivi (nuqqas ta' integrazzjoni u tensjoni fil-familji, inqas sorveljanza mill-ġenituri li tista' tirriżulta f'attendenza u f'riżultati ta' l-iskola li kulma jmur jibdew jonqsu),

    P.

    billi bosta pajjiżi Ewropej adottaw leġiżlazzjoni għat-tħaffif tal-wasla ta' ħaddiema tas-sengħa, b'mod partikolari billi qiegħdu fis-seħħ politiki selettivi ta' ammissjoni għall-emigranti taħt it-terminu 'emigrazzjoni magħżula', sabiex jikkompetu ma' l-Amerka tat-Tramuntana biex jiġbdu lejhom l-iktar ċittadini tas-sengħa mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u dan aggrava t-telf qawwi ta' ħiliet minn bosta pajjiżi tan-Nofsinhar, b'mod drastiku fil-każ tal-pajjiżi ta' l-Afrika fin-nofsinhar tad-deżert tas-Saħara,

    Q.

    billi, filwaqt li l-Ewropa u l-pajjiżi AKP impenjaw ruħhom li jaħdmu għall-ksib ta' l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs), inklużi l-ksib ta' edukazzjoni primarja universali (l-għan nru. 2), it-tnaqqis fir-rata ta' mwiet tat-tfal (l-għan nru. 4), it-titjib ta' saħħet l-omm (l-għan nru. 5) u l-ġlieda kontra l-HIV/l-AIDS, il-malarja u mard ieħor (l-għan nru. 6), il-fatt li jintlaħqu dawk l-għanijiet jista' jkun mhedded mill-eżodu fuq skala kbira ta' professuri, tobba u nersijiet min-nazzjonijiet stati AKP għall-pajjiżi ta' l-OECD u jista' jsir iktar diffiċli minħabba n-nuqqas ta' oqfsa regolatorji internazzjonali ddisinjati sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet,

    R.

    billi l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għall-Ewropa tiżdied permezz ta' fatturi ekonomiċi (faqar, sottożvilupp, pagi baxxi, sistema ta' l-edukazzjoni ta' kwalità ħażina, popolazzjoni li kulma jmur qiegħda tixjieħ u tonqos f'pajjiżi ta' l-OECD li jwasslu għal nuqqas ta' xogħol), fatturi politiċi (vjolenza, konflitti, repressjoni politika, l-iktar kontra persuni intellettwali, aggravati mill-eżilju tagħhom) u — b'mod partikolari għall-pajjiżi Afrikani — minn qrubija ġeografika, lingwa komuni u rabtiet kolonjali jew storiċi,

    S.

    billi l-esiġenzi tal-ħaddiema f'pajjiżi Ewropej joħolqu effett avvers billi jwasslu għall-emigrazzjoni tal-forza tax-xogħol tas-sengħa minn pajjiżi AKP, u għaldaqstant jikkontribwixxu għal nuqqas fil-kwalità tal-ħajja u tas-servizzi pubbliċi soċjali fil-pajjiżi AKP,

    T.

    billi l-kwistjoni ta' emigrazzjoni irregolari jew sfurzata qiegħda tiġi indirizzata f'termini ta' konsiderazzjonijiet tas-sigurtà, iktar milli fil-kuntest usa' ta' l-iżvilupp u billi jitqiesu l-problemi ta' l-emigrazzjoni fi strateġiji għall-iżvilupp,

    U.

    billi l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa jista' jkollha konsegwenzi pożittivi għall-emigrant individwali, prospetti ekonomiċi aħjar u salarji ogħla, għall-familja tiegħu fil-pajjiż ta' l-oriġni, u għall-pajjiż ta' l-oriġni nnifsu, b'mod partikolari permezz tal-bgħit ta' rimessi,

    V.

    billi huwa vitali li wieħed jinnota l-kontribut pożittiv li l-emigrazzjoni tista' tagħti fil-promozzjoni ta' fehim aħjar fost ċiviltajiet u kulturi u fit-traxxendenza ta' diviżjonijiet post kolonjali u territorjali permezz tat-twaqqif ta' relazzjonijiet bejn stati u popolazzjonijiet,

    W.

    billi d-diffikultajiet ta' integrazzjoni mġarrbin mill-emigranti fil-pajjiżi ta' l-ilqugħ u ta' integrazzjoni mill-ġdid fil-pajjiżi tagħhom ta' l-oriġni, diskriminazzjoni u “ħela ta' ħaddiema tas-sengħa” (fejn emigrant jitqabbad fuq livell iktar baxx b'rabta mas-sengħa li jkollu) jistgħu jfixklu l-iżvilupp tal-karrieri ta' l-emigranti,

    X.

    billi r-rimessi huma t-tieni l-ikbar sors ta' finanzjament estern għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, għandhom impatt pożittiv f'pajjiżi ta' l-oriġni (l-iktar żieda fid-dħul tal-familji ta' l-emigranti u żieda fil-konsum u fl-investiment — żieda, għaldaqstant, fl-iżvilupp ekonomiku) u għandhom effett ċikliku oppost f'każ ta' kriżijiet ekonomiċi, gwerer u diżastri naturali, iżda billi sa 20 % tal-valur tagħhom jiġi assorbit minn spejjeż għall-immaniġġjar,

    Y.

    billi l-effikaċja ta' kodiċijiet volontarji ta' l-imġiba fuq ir-reklutaġġ etiku (li f'ċerti każijiet m'humiex konformi b'mod xieraq mad-dispożizzjonijiet stipulati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO)) tqajmu dubji dwarha minn esperti u minn dawk li jeżerċitaw professjoni, b'mod partikolari meta jkunu limitati għas-settur pubbliku,

    Z.

    billi l-emigrazzjoni ċirkolari (li tippermetti moviment fiż-żewġ direzzjonijiet bejn pajjiżi ta' l-oriġni u tad-destinazzjoni) tħaffef il-mobiltà ġenwina internazzjonali, tadotta kuxjenza internazzjonali u toffri opportunitajiet sinifikanti għall-iżvilupp ta' pajjiżi ta' lqugħ u pajjiżi ta' l-oriġni, u għaldaqstant għandha titħeġġeġ u titħaffef,

    AA.

    billi l-emigrazzjoni tar-ritorn għandha ċans aħjar li tindirizza l-kwistjoni ta' l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa u li ssaħħaħ l-iżvilupp meta tkun ibbażata fuq ritorn volontarju ta' l-emigranti fil-pajjiżi ta' l-oriġni tagħhom, l-iktar meta din tingħata l-appoġġ mistħoqq,

    AB.

    billi l-emigranti li jirritornaw lura pajjiżhom jistgħu, b'mod paradossali, isibuha diffiċli ferm sabiex jintegraw mill-ġdid fil-pajjiżi ta' l-oriġni tagħhom u jista' jkun ukoll li jkunu iktar vulnerabbli għall-qgħad fil-pajjiżi ta' l-oriġni tagħhom min-nies li ma emigrawx,

    AC.

    billi teżisti xhieda li turi li l-ġbir flimkien ta' emigranti fi gruppi, bħad-dijaspori, fi ħdan assoċjazzjonijiet nazzjonali jew transnazzjonali ta' l-emigranti, u li l-attivitajiet tagħhom ikunu mmirati lejn l-iżvilupp, fenomenu magħruf bħala “ko-żvilupp”, jistgħu jkollhom riżultat pożittiv ħafna kemm għall-pajjiżi li jilqgħu lill-emigranti kif ukoll għal dawk li minnhom jitilqu l-emigranti,

    AD.

    billi l-popolazzjoni Ewropea li qiegħda tixjieħ anzi se tqiegħed iktar pressjoni fuq is-suq tax-xogħol b'sengħa u għaldaqstant iżżid il-problemi diġà viżibbli, u għaldaqstant se jkun neċessarju mmaniġġjar iktar responsabbli u aħjar ta' l-emigrazzjoni ta' xogħol b'sengħa fil-pajjiżi ta' l-UE u AKP,

    AE.

    billi “soluzzjonijiet komuni” ma jsolvux il-problemi ta' kulħadd; billi riċerka aħjar fi swieq AKP nazzjonali tax-xogħol għaldaqstant se tkun neċessarja sabiex jingħeleb in-nuqqas ta' tagħrif u jkunu indirizzati n-nuqqasijiet ta' l-emigrazzjoni ta' xogħol b'sengħa b'mod iktar xieraq,

    1.

    Tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex iżidu l-isforzi tagħhom biex iwettqu l-impenn tagħhom li jiksbu l-MDGs, u b'mod partikolari jnaqqsu bin-nofs il-faqar estrem fid-dinja sa l-2015;

    2.

    Tenfasizza l-fatt li l-benefiċċji potenzjali ta' l-emigrazzjoni internazzjonali mmaniġġjata sew jistgħu jkunu ikbar minn dawk iġgenerati minn kummerċ internazzjonali iktar ħieles;

    3.

    Tenfasizza l-fatt li politika ħażina u mhux koerenti ta' l-emigrazzjoni għandha konsegwenzi enormi f'termini ta' tbatija individwali u sotto-żvilupp permanenti;

    4.

    Tħeġġeġ lill-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex jindirizzaw l-isfidi ta' l-emigrazzjoni, inkluża l-kwistjoni ta' l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa, bi spirtu ta' sħubija vera għall-iżvilupp, fuq il-bażi tal-Ftehim ta' Cotonou u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, u sabiex jiżviluppaw politiki u reġimi speċifiċi dwar l-emigrazzjoni għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li minnhom jemigraw fuq skala wiesgħa ħaddiema tas-sengħa, billi tingħata attenzjoni partikolari lill-fatt li jittaffew l-effetti ekonomiċi u soċjali avversi ta' l-emigrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa;

    5.

    Tesprimi tħassib dwar il-politiki kurrenti ta' l-emigrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u ta' l-Istati Membri ta' l-UE ffukati fuq prijoritajiet ta' sigurtà iktar milli fuq prijoritajiet ta' żvilupp;

    6.

    Tesprimi tħassib dwar l-adozzjoni potenzjali mill-UE ta' prattiki diskriminatorji fost kategoriji differenti ta' emigranti u tistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tippreveniha; għaldaqstant, tistieden lill-Kummissjoni sabiex testendi għall-kategoriji kollha ta' emigranti l-kondizzjonijiet vantaġġużi tax-xogħol u ta' l-għajxien għall-emigranti ta' sengħa ta' livell għoli, kif issuġġerit fil-Pjan tal-Politika dwar l-Emigrazzjoni Legali (18), li dalwaqt se jkun rifless f'direttiva xierqa, bħal permess tax-xogħol ta' l-UE (il-kard il-ħadra ta' l-UE), maħruġ minn Stat Membru wieħed iżda validu fl-UE kollha;

    7.

    Tenfasizza l-fatt li l-għajnuna ta' l-UE għall-iżvilupp għandha tkun immirata lejn il-qerda tal-faqar, u għaldaqstant jiġu ttrattati xi wħud mill-kawżi eżistenti ta' l-emigrazzjoni;

    8.

    Tenfasizza l-esiġenza għal politiki integrati ta' l-emigrazzjoni fuq livelli internazzjonali, reġjonali (inklużi livelli ta' l-UE u AKP) u nazzjonali billi tkun żgurata l-integrazzjoni ta' tħassib dwar l-emigrazzjoni fi strateġiji għat-tnaqqis tal-faqar u l-koerenza bejn il-politiki kollha li jistgħu jolqtu l-emigrazzjoni, bħall-biedja, is-sajd, il-kummerċ, l-iżvilupp, is-sigurtà, il-ġustizzja u l-affarijiet interni, u l-affarijiet barranin;

    9.

    Tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex jindirizzaw b'mod konġunt il-politiki dwar l-emigrazzjoni u l-iżvilupp u sabiex jeżaminaw bir-reqqa s-sinerġiji bejniethom, biex isaħħu l-effikaċja taż-żewġ politiki;

    10.

    Tħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE, lill-istituzzjonijiet intergovernattivi internazzjonali u lil istituzzjonijiet oħrajn rilevanti sabiex jiddisinjaw u jimplimentaw miżuri preventivi u strateġiji maħsubin sabiex jeqirdu d-diskriminazzjoni razzjali, il-ksenofobija, l-etnoċentriżmu u intolleranza rrelatata kontra l-emigranti mill-pajjiżi AKP;

    11.

    Temmen li politika komuni dwar l-emigrazzjoni fuq livell ta' l-UE tesiġi l-estensjoni ta' kodeċiżjoni mal-Parlament u votazzjoni ta' maġġoranza kkwalifikata fil-Kunsill, u tistieden lill-Kunsill sabiex jaġixxi skond il-ħtieġa;

    Kodiċijiet ta' l-imġiba

    12.

    Tilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-UE ta' April 2006 mmirati lejn li jkunu indirizzati n-nuqqasijiet b'rabta max-xogħol fis-settur tas-saħħa f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

    13.

    Tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex jiżviluppaw u jimplimentaw, kif mistqarr fil-konklużjonijiet ta' April 2006, Kodiċi ta' l-Imġiba ta' l-UE (konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-ILO) għar-reklutaġġ etiku ta' ħaddiema tas-saħħa, u tfaħħar lil dawk l-Istati Membri ta' l-UE li diġà għamlu dan, bħar-Renju Unit;

    14.

    Tirrakkomanda li l-għan tal-Kodiċi ta' l-Imġiba ta' l-UE jkun estiż għal oqsma vitali oħrajn bħall-edukazzjoni u li kodiċi mtejba tkun ibbażata fuq l-għan li dawk li jirreklutaw kemm pubbliċi kif ukoll privati għandhom jadottaw metodu etiku sabiex iqabbdu emigranti tas-sengħa li jaħdmu f'xi qasam li fil-pajjiż ta' l-oriġni tagħhom ibati min-nuqqas drastiku ta' xogħol, jew aħjar minn hekk jastjenu milli jagħmlu dan;

    15.

    Tappoġġja lil ftehimiet bilaterali u multilaterali bejn pajjiżi ta' l-oriġni u pajjiżi ta' l-ilqugħ sabiex:

    (i)

    tissaħħaħ il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp;

    (ii)

    tinbena ħila umana u istituzzjonali sabiex jinkisbu l-ogħla benefiċċji ta' l-emigrazzjoni;

    (iii)

    ikunu pprovduti kondizzjonijiet soċjali u ekonomiċi mtejbin f'pajjiżi ta' l-oriġni sabiex jitnaqqsu l-fatturi li jġiegħlu lin-nies jitilqu mid-djar tagħhom sabiex ifittxu li jtejbu l-qagħda personali tagħhom; u

    (iv)

    ikunu promossi d-difiża tal-prinċipji u l-ħolqien ta' kuxjenza;

    16.

    Tenfasizza l-fatt li kodiċi volontarja ta' l-imġiba dwar ir-reklutaġġ etiku, b'mod partikolari jekk limitata għas-settur pubbliku, hija kejl tajjeb iżda bl-ebda mod m'hija biżżejjed sabiex ikunu indirizzati l-konsegwenzi ta' l-emigrazzjoni massiva ta' ħaddiema tas-sengħa — huma meħtieġa miżuri ta' inċentiv fil-pajjiżi ta' l-oriġni u fil-pajjiżi ta' l-ilqugħ;

    Investiment fl-edukazzjoni

    17.

    Tistieden lill-pajjiżi ta' l-UE u AKP sabiex iżidu b'mod sinifikanti l-investimenti fit-taħriġ u fl-edukazzjoni f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, filwaqt li jiffukaw fuq setturi li jbatu min- nuqqasijiet b'rabta max-xogħol, l-iktar is-saħħa u l-edukazzjoni;

    18.

    Tistieden lill-pajjiżi ta' l-UE u AKP sabiex joħolqu ċentri ta' eċċellenza nazzjonali u reġjonali, l-iktar fl-għamla ta' universitajiet u istituti ta' riċerka b'mod partikolari fil-qasam tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni; tkompli tistieden lill-pajjiżi ta' l-UE u AKP sabiex joħolqu dawn iċ-ċentri ta' eċċellenza multidixxiplinari bl-użu ta' riżorsi tal-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp (EDF), kif xieraq, fis-setturi kollha neċessarji għat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli;

    19.

    Temmen li l-Istati Membri ta' l-UE u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għandhom jadottaw inizjattivi ta' riforniment ta' ħiliet proattivi billi jinvestu riżorsi sinifikanti fl-edukazzjoni; ittenni l-appoġġ tagħha b'rabta ma' l-għan “20/20”: 20 % ta' għajnuna pubblika mit-Tramuntana u 20 % tal-baġits nazzjonali tan-Nofsinhar allokati għas-servizzi soċjali bażiċi (is-saħħa u l-edukazzjoni);

    20.

    Tistieden lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex jinvestu l-benefiċċji b'rabta mal-prosperità taż-żejt fi strateġiji u programmi għall-futur imbiegħed fl-edukazzjoni u fit-taħriġ u sabiex jagħmlu użu mid-dħul b'mod trasparenti;

    21.

    Tħeġġeġ lill-pajjiżi AKP sabiex jiżviluppaw is-sorsi potenzjali tal-prosperità ekonomika li għandhom u sabiex jagħtu attenzjoni speċjali lill-iżvilupp tar-riżorsi umani u lill-ġenerazzjoni ta' l-impjiegi fis-setturi kollha rilevanti, sabiex ħaddiema tas-sengħa jitqanqlu biex jibqgħu jew jirritornaw fil-pajjiżi ta' l-oriġni tagħhom;

    22.

    Tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkollabora mas-Segretarjat AKP biex tidentifika inizjattivi ta' appoġġ ekonomiku b'rabta mal-Ftehim ta' Cotonou li jippermettu lill-pajjiżi ta' l-oriġni li jtejbu l-profil ekonomiku tagħhom u jnaqqsu r-rata ta' l-emigrazzjoni illegali, u għaldaqstant inaqqsu t-tensjoni bejn stati msieħba fi ħdan l-Assemblea Parlamentari Konġunta (JPA);

    23.

    Tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex jissodisfaw l-għanijiet tagħhom ta' Lisbona, bħat-titjib tal-kwalità ta' l-edukazzjoni u ż-żieda tar-rati ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol biex iżidu l-provvista ta' xogħol magħmul b'sengħa fi ħdan l-UE;

    Ħela ta' ħaddiema tas-sengħa (Brain waste)

    24.

    Tenfasizza l-effetti negattivi tal-ħela ta' ħaddiema tas-sengħa għall-atturi kollha involuti, minħabba li l-pajjiżi ta' l-ilqugħ ma jistgħux jibbenefikaw mill-ħiliet ta' l-emigranti, il-pajjiżi ta' l-oriġni huma kkonfrontati b'telf ta' investiment u l-emigrant jaħdem f'livell inqas mill-ħila tiegħu;

    25.

    Tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex jieħdu miżuri deċiżivi biex jittrattaw il-problema ta' ħela ta' ħaddiema tas-sengħa, bħar-rikonoxximent reċiproku internazzjonali jew bilaterali ta' diplomi u ħiliet u sforzi espliċiti sabiex tingħeleb id-diskriminazzjoni fl-istadju tar-reklutaġġ;

    26.

    Tistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tfassal proposti b'rabta mat-twaqqif ta' sistema Ewropea ta' ekwivalenzi għal diplomi barranin;

    Rimessi

    27.

    Tfakkar il-fatt li r-rimessi huma u għandhom jibqgħu fondi privati, li ebda użu obbligatorju tar-rimessi ma jista' jkun impost fuq individwi u li r-rimessi bl-ebda mod ma jistgħu jissostitwixxu l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA);

    28.

    Tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex jiddisinjaw u jimplimentaw politiki biex jilħqu l-ogħla impatt pożittiv tar-rimessi billi jiksbu flussi ta' rimessi ikbar, iktar mgħaġġla, orħos u mmirati aħjar, l-iktar billi titnaqqas il-burokrazija żejda u jittejbu s-servizzi bankarji għal transazzjonijiet żgħar mingħajr ma jkun irregolat iżżejjed is-suq;

    29.

    B'mod partikolari, tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex jimplimentaw politiki mmirati lejn:

    it-titjib u t-tkabbir ta' l-aċċess għal istituzzjonijiet finanzjarji għall-emigranti u għall-familji tagħhom (“ħidmiet bankarji għal dawk li ma jibbenefikawx mis-servizzi bankarji”) (19),

    li jkunu appoġġjati u mħeġġin b'mod attiv istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jesploraw strateġiji mmirati lejn it-tnaqqis ta' l-ispiża tal-bgħit ta' rimessi, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' l-użu ta' teknoloġiji ġodda,

    it-tqanqil tat-trasferiment ta' rimessi permezz ta' eżenzjonijiet tat-taxxa, kemm fil-pajjiż ta' l-oriġni kif ukoll fil-pajjiż tad-destinazzjoni,

    tħeġġiġ b'rabta mal-fatt li r-rimessi jkunu mmirati lejn proġetti għall-iżvilupp (l-iktar iffukati fuq l-edukazzjoni u s-saħħa) billi r-rimessi jkunu kkomplementati b'kontribuzzjonijiet governattivi nazzjonali u lokali (“matching funds”) (20),

    il-ħolqien ta' prodotti finanzjarji innovattivi għall-emigranti, bħal tifdil eżenti mit-taxxa għal kontijiet għall-iżvilupp f'pajjiżi ta' l-ilqugħ, fejn l-emigranti jistgħu jfaddlu l-fondi li jintbagħtu fi stadju iktar tard,

    li r-rimessi jkunu mmirati lejn investiment produttiv, billi jitħaffef l-aċċess għall-kreditu għal kumpaniji żgħar u SMEs (Intrapriżi Żgħar u Medji) u permezz tat-titjib ta' l-edukazzjoni finanzjarja ta' l-emigranti u tal-familji tagħhom,

    li t-trasferimenti tar-rimessi jkunu iktar pronti u żguri, sabiex l-emigranti jitħeġġu jagħmlu użu minn sistemi formali ta' trasferiment, u tkun żgurata t-trasparenza ta' transazzjonijiet finanzjarji permezz ta' “mezzi informali”, b'mod partikolari n-netwerks ta' hawala;

    30.

    Twissi, madankollu, kontra r-riskju ta' regolazzjoni żejda tal-flussi finanzjarji, li tista' timpedixxi jew tagħmel diffiċli l-fluss tar-rimessi, u tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-Parlament Ewropew sabiex iqisu dan it-tħassib meta jeżaminaw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal direttiva dwar servizzi ta' ħlas fis-suq intern (21);

    Emigrazzjoni ċirkolari

    31.

    Tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex iħeġġu l-emigrazzjoni ċirkolari billi jiftiehmu dwar miżuri tanġibbli mmirati li jżidu l-flessibiltà tar-rekwiżiti u tal-proċessi ta' dħul u ta' dħul mill-ġdid fiż-żewġ pajjiżi tad-destinazzjoni u ta' l-oriġni, kuntratti itwal u iktar flessibbli u l-għażla ta' dħul mill-ġdid għall-emigranti ċirkolari;

    32.

    Tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex iħeġġu l-emigrazzjoni ċirkolari billi jwaqqfu sistemi “ta' żewġ postijiet tax-xogħol” għall-personal tas-settur pubbliku f'pajjiżi fin-Nofsinhar (għalliema, riċerkaturi u tobba); tistieden għal darba oħra lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tagħmel studju dwar l-esperjenzi fl-Istati Membri ta' l-UE b'rabta mas-sistema “ta' żewġ postijiet tax-xogħol”;

    33.

    Temmen li d-direttiva dwar ħaddiema ta' sengħa ta' livell għoli li qiegħda titħejja bħalissa mill-Kummissjoni Ewropea għandha tagħti l-attenzjoni dovuta lill-istejtus ta' l-emigranti tas-sengħa sabiex tipprovdihom b'inċentiv għall-emigrazzjoni ċirkolari u/jew għal ritorn temporanju;

    34.

    Tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw it-trasferiment tal-pensjonijiet, it-trasferiment tal-benefiċċji tas-saħħa mill-emigranti li jirritornaw f'pajjiżhom u l-possibiltà li jirritornaw għall-kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn kienu pprovduti s-servizzi;

    35.

    Tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex jeżaminaw il-ftehimiet ta' ċittadinanza doppja sabiex ikunu mħeġġin l-emigrazzjoni ċirkolari u r-ritorn temporanju;

    36.

    Tistieden lill-UE sabiex toffri lil dawk potenzjali li jirritornaw lura pajjiżhom il-possibiltà li jerġgħu lura fl-UE matul ċertu perijodu wara r-ritorn inizjali tagħhom;

    37.

    Tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jiddisinjaw inizjattivi speċifiċi, fosthom linja tal-bagit speċifika mmirata li tappoġġja r-ritorn volontarju ta' l-emigranti, fil-qafas tal-programm tematiku ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma ta' l-emigrazzjoni u tar-refuġju, bil-komponenti li ġejjin:

    involviment ta' emigranti li jirritornaw lura pajjiżhom fi programmi għall-iżvilupp fejn huma jistgħu jagħmlu użu b'suċċess mill-ħiliet miksubin tagħhom u jiżguraw integrazzjoni xierqa mill-ġdid fil-komunità;

    li dawk potenzjali li jirritornaw lura pajjiżhom jiġu offruti inċentivi professjonali u finanzjarji, kif ukoll infrastrutturi xierqa għall-iżvilupp tal-professjoni tagħhom;

    titjib ta' l-aċċess għal self u taħriġ fl-immaniġġjar għall-emigranti li jirritornaw lura pajjiżhom sabiex ikun ipprovdut inċentiv għall-ħolqien ta' negozji żgħar;

    Dijaspori u ko-żvilupp

    38.

    Tirrikonoxxi l-importanza ta' dijaspori u ta' assoċjazzjonijiet ta' emigranti fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi ta' l-oriġni, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-emigrazzjoni; titlob għal koperazzjoni mill-qrib bejn istituzzjonijiet f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u l-Istati Membri, inkluż fit-twettiq ta' proġetti ta' ko-żvilupp;

    39.

    Hija tal-fehma li l-ko-żvilupp, li jikkonsisti mir-rikonoxximent u mill-għoti ta' appoġġ lill-irwol tad-dijaspori b'rabta mal-fatt li jservu għall-iżvilupp tal-pajjiżi ta' l-oriġni tagħhom, għandu jkun irrikonoxxut b'mod sħiħ fuq livell Ewropew;

    40.

    Tistieden lill-pajjiżi ta' l-ilqugħ u lill-pajjiżi ta' l-oriġni sabiex jagħtu jappoġġjaw, b'mod loġistiku u finanzjarju, l-inizjattivi ta' dijaspori u ta' assoċjazzjonijiet ta' l-emigranti mmirati lejn l-integrazzjoni ta' l-emigranti, it-trasferiment kollettiv ta' rimessi, proġetti ta' investiment fil-pajjiżi ta' l-oriġni tagħhom u t-tixrid ta' tagħrif marbut mad-drittijiet miksubin;

    41.

    Tagħti parir lill-gvernijiet tal-pajjiżi ta' l-oriġni sabiex jiżviluppaw ukoll rabtiet eqreb ma' l-emigranti billi jwaqqfu politiki istituzzjonali speċifiċi fejn atturi pubbliċi varji jaħdmu flimkien;

    42.

    Tirrikonoxxi u tħeġġeġ l-involviment fis-sod ta' dijaspori fit-tisħiħ tal-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-pajjiżi ta' l-ilqugħ u l-pajjiżi ta' l-oriġni, b'mod notevoli billi jitneħħew ostakli b'rabta mat-tagħrif;

    43.

    Tħeġġeġ lid-dijaspori sabiex jinvolvu ruħhom fi trasferimenti ta' ħiliet u ta' għarfien u sabiex iħaffuhom, b'mod partikolari billi jadottaw ir-rabta bejn ħaddiema tas-sengħa li jgħixu f'pajjiżi ta' l-OECD u dawk li jibqgħu fil-pajjiżi ta' l-oriġni, permezz tal-ħolqien ta' netwerks transnazzjonali ta' xjentisti u riċerkaturi u ta' universitajiet diġitali u t-tisħiħ tat-tagħlim elettroniku, u tilqa' l-programmi mmaniġġjati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Emigranti (“Emigrazzjoni għall-Iżvilupp fl-Afrika”) u mill-UNDP (“Trasferiment ta' l-Għarfien permezz ta' Ċittadini Espatrijati”) f'dan il-qasam;

    44.

    Tilqa' l-ħolqien ta' ċentri ta' riċerka dwar l-emigrazzjoni fl-Afrika fil-qafas tal-Faċilità ta' l-Emigrazzjoni ġewwa l-AKP bħala sorsi ta' dejta ta' min wieħed joqgħod fuqha u għodod addizzjonali għal tfassil tal-politika u mmaniġġjar ta' l-emigrazzjoni aħjar, b'mod partikolari minn gvernijiet AKP;

    45.

    Tilqa' t-twaqqif imħabbar ta' ċentri ta' tagħrif u għall-immaniġġjar ta' l-emigrazzjoni (22) li għandhom jitwaqqfu taħt il-Programm ta' l-UE dwar l-Emigrazzjoni u l-Iżvilupp għall-Afrika bil-għan li jkunu pprovduti tagħrif u appoġġ lill-emigranti potenzjali u lill-emigranti li jirritornaw lura pajjiżhom, u tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex jappoġġjaw lil dawk iċ-ċentri b'mod finanzjarju u loġistiku;

    46.

    Tirrikonoxxi l-kontribuzzjoni sostanzjali ta' NGOs (Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi) għat-titjib ta' l-immaniġġjar ta' flussi ta' l-emigrazzjoni u, l-iktar, għat-tisħiħ tal-kontribuzzjoni ta' l-emigranti għall-iżvilupp tal-pajjiżi tagħhom stess, u titlob sabiex ikun ipprovdut appoġġ xieraq lill-NGOs attivi fil-qasam ta' l-emigrazzjoni;

    47.

    Tenfasizza l-fatt li l-irwol ta' dijaspori, assoċjazzjonijiet ta' l-emigranti u NGOs jesiġi li jkun akkumpanjat minn politika koerenti u effettiva dwar l-emigrazzjoni u l-iżvilupp fil-pajjiżi ta' l-ilqugħ u fil-pajjiżi ta' l-oriġni;

    48.

    Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha sabiex iressqu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill AKP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-AU.


    (1)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE nhar it-28 ta' Ġunju 2007 f'Wiesbaden (il-Ġermanja).

    (2)  ĠU L 317, tal-15.12.2000, p. 3.

    (3)  ĠU L 287, tat-28.10.2005, p. 4.

    (4)  KUMM(2005)0390.

    (5)  KUMM(2005)0642.

    (6)  KUMM(2006)0409.

    (7)  KUMM(2006)0735.

    (8)  KUMM(2005)0669.

    (9)  A/RES/61/208.

    (10)  A/60/871.

    (11)  www.gcim.org.

    (12)  http://www.worldbank.org/globaloutlook.

    (13)  P6_TA(2006)0319.

    (14)  OECD“L-effetti ta' l-emigrazzjoni fuq il-pajjiżi li minnhom jitilqu l-emigranti: x'nafu dwar dan?” (2006).

    (15)  Rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda intitolat “Emigrazzjoni u żvilupp internazzjonali” (A/60/871).

    (16)  OECD, “L-effetti ta' l-emigrazzjoni fuq il-pajjiżi li minnhom jitilqu l-emigranti: x'nafu dwar dan?” (2006).

    (17)  UNDP, “Rapport dwar l-Iżvilupp Uman ta' l-2001”.

    (18)  KUMM(2005)0669.

    (19)  Hekk kif mistqarr mill-Kumitat għall-Iżvilupp Internazzjonali tal-Kamra tal-Komuni tar-Renju Unit.

    (20)  Politiki bħal dawn ġew implimentati b'suċċess mill-programm Messikan “Dos por uno” u mill-inizjattiva Taljana “Juntos por los Andes”.

    (21)  KUMM(2005)0603.

    (22)  L-ewwel ċentru ta' tagħrif u għall-immaniġġjar ta' l-emigrazzjoni se jinħoloq f'Bamako (il-Mali).

    RIŻOLUZZJONI  (1)

    dwar is-sitwazzjoni f'Darfur

    L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

    f'laqgħa f'Wiesbaden (il-Ġermanja) mill-25 sat-28 ta' Ġunju 2007,

    wara li qieset ir-rapport finali tal-11 ta' Ottubru 2006 li tfassal mill-Penil ta' l-Esperti b'rabta mas-Sudan, maħtur skond ir-Riżoluzzjoni 1591 tal-Kunsill tal-Ġnus Magħquda għas-Sigurtà (UNSC),

    wara li qieset id-deċiżjoni ta' l-Unjoni ta' l-Afrika (AU) ta' April 2004 sabiex titwaqqaf il-Missjoni ta' l-Unjoni ta' l-Afrika fis-Sudan (AMIS),

    wara li qieset il-Ftehim tal-Paċi ta' Darfur (DPA) iffirmat f'Abuja (in-Niġerja) nhar il-5 ta' Mejju 2006 bejn il-Gvern tas-Sudan (GoS) u l-grupp maġġuri tar-ribelli l-Armata/il-Moviment ta' Liberazzjoni tas-Sudan (SLA/M),

    wara li qieset il-Kunsens ta' Tripli dwar il-Proċess Politiku għal Darfur, adottat fi Tripli nhar it-28 u d-29 ta' April 2007,

    wara li qieset il-Ftehim tripartitiku li ntlaħaq nhar id-9 ta' April 2007 f'Addis Ababa bejn il-GoS, il-Ġnus Magħquda (UN) u l-AU dwar il-pakkett ta' appoġġ tekniku u bl-inqas żieda ta' personal u dwar il-pakkett ta' appoġġ b'forza militari robusta,

    wara li qieset l-Artikolu 17(2) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha,

    A.

    billi l-prinċipju tal-UN“Responsabiltà għall-Ħarsien” jipprovdi li fejn awtoritajiet nazzjonali jonqsu biċ-ċar milli jħarsu l-popolazzjonijiet tagħhom, oħrajn għandhom ir-responsabiltà li jipprovdu l-ħarsien meħtieġ,

    B.

    billi ċ-Ċina hija membru permanenti tal-UNSC u msieħeb kummerċjali pprivileġġat tas-Sudan; billi nhar l-10 ta' Mejju 2007, iċ-Ċina ħatret Rappreżentant Speċjali Liu Guijin għal Darfur,

    C.

    billi s-Sudan iffirma l-Istatut ta' Ruma, li ħoloq il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) fl-2002, iżda li ma rratifikahx,

    D.

    billi l-eżekuzzjoni tal-forzi ta' l-AU f'Darfur kienet tassew ta' min ifaħħarha; billi, madankollu, jesiġu li jissaħħu u li jingħataw l-appoġġ loġistiku u finanzjarju kollu li jeħtieġu sabiex iwettqu l-mandat tagħhom b'mod effettiv,

    1.

    Tilqa' l-aċċettazzjoni mill-GoS nhar it-12 ta' Ġunju 2007 tal-forza ibrida ta' l-AU/tal-UN; tfakkar li l-GoS għamel impenji preċedenti sabiex jippermetti l-forza ibrida fis-Sudan; tenfasizza, għaldaqstant, l-importanza li jkunu żgurati l-iktar tħaddim ħafif possibbli u li titkompla l-koperazzjoni ta' l-awtoritajiet tas-Sudan u tistenna li l-GoS jiddiżarma l-milizzja kollha, inkluż il-Janjaweed (gruppi ta' milizzja Għarbija), u li jwaqqaf l-ibbombardjar tar-reġjun ta' Darfur;

    2.

    Tikkundanna kull vjolazzjoni tal-ftehimiet dwar il-waqfien ta' l-isparar minn kull parti, u b'mod partikolari kull vjolenza mmirata lejn il-popolazzjoni pajżana u lejn il-fatt li tintlaqat l-għajnuna umanitarja;

    3.

    Tistieden lill-GoS sabiex jikkopera b'mod sħiħ mal-UN u sabiex jimplimenta r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-UN;

    4.

    Tistieden lill-UN sabiex jaġixxu bi qbil mar-“Responsabiltà għall-Ħarsien”, billi jkun żgurat li l-forza ibrida tal-ġejjieni jkollha mandat sħiħ sabiex tħares lill-pajżani skond il-Karta tal-UN;

    5.

    Tistieden lill-UE u lil atturi internazzjonali oħrajn sabiex japplikaw miżuri xierqa li jolqtu lil kull entità li tikkommetti vjolenza li tikser il-waqfien ta' l-isparar jew li tattakka lill-pajżani, lil dawk li jżommu l-paċi jew lil ħidmiet umanitarji u sabiex jieħdu l-azzjoni neċessarja biex jgħinu jtemmu l-impunità;

    6.

    Tistieden lill-UE u lill-AU sabiex jippreżentaw grupp politiku organizzat u magħqud b'rabta ma' l-isforzi biex tinstab soluzzjoni għall-konflitt f'Darfur u biex jitqiegħed f'ordni ta' prijorità l-proċess komprensiv tal-paċi, li għandu jinkludi l-konsultazzjoni u r-rappreżentazzjoni tat-tribujiet ta' Darfur, il-komunitajiet ta' persuni li ġew sfurzati jitilqu minn djarhom iżda li jibqgħu fi ħdan il-konfini tal-pajjiż (IDPs), gruppi ta' nisa u gruppi oħrajn tas-soċjetà ċivili; tistieden lill-komunità lokali sabiex tiżgura li l-medjazzjoni ta' l-AU/tal-UN tkun l-unika rotta li biha jintlaħaq ftehim paċifiku għal Darfur u għall-promozzjoni ta' proċess ta' djalogu politiku fiċ-Ċad u fir-Repubblika ta' l-Afrika Ċentrali (CAR) li jiġbor fih gruppi ta' oppożizzjoni;

    7.

    Tistieden lill-komunità internazzjonali sabiex tibni kunsens dwar l-istadji strateġiċi li jmiss li għandhom jitwettqu f'Darfur, biex ikunu inklużi atturi ewlenin bħaċ-Ċina u l-Istati Uniti ta' l-Amerka f'kull stadju, għall-ħolqien ta' grupp ta' kuntatt li għandu l-ħila li jżomm u li jaġġorna b'mod kontinwu kunsens bħal dan, u biex titqiegħed pressjoni fuq il-movimenti kollha ta' ribelli u fuq il-GoS biex jitwaqqaf l-isparar u jinbdew negozjati ġodda għall-paċi;

    8.

    Titlob għall-appoġġ kontinwu ta' l-UE u dak internazzjonali għal miżuri għall-bini tal-kunfidenza, bħad-Djalogu u l-Konsultazzjoni Darfur-Darfur, li jinvolvu l-partijiet kollha fil-konflitt kif ukoll lis-soċjetà ċivili;

    9.

    Tistieden lill-Moviment ta' Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLM) sabiex jgħin fl-unifikazzjoni tal-frazzjonijiet kollha ta' ribelli f'Darfur sabiex jippermettihom li jieħdu sehem f'negozjati internazzjonali; tistieden lill-komunità internazzjonali sabiex tagħmel pressjoni fuq gruppi ta' ribelli għall-unifikazzjoni, u tistieden ukoll lill-GoS sabiex jippermetti lir-ribelli żmien sabiex jingħaqdu mill-ġdid;

    10.

    Tistieden lill-komunità internazzjonali, lill-AU u lill-UN sabiex isegwu proċess politiku li jibda billi jgħin lil gruppi ta' ribelli li jifdal b'rabta ma' l-unifikazzjoni tar-rankijiet tagħhom sabiex ikunu jistgħu jinnegozjaw b'mod koerenti, iwessgħu l-firxa ta' parteċipazzjoni u jsaħħu l-istruttura tan-negozjati;

    11.

    Titlob għall-iktar koperazzjoni sħiħa possibbli bejn is-CAR, iċ-Ċad u l-GoS permezz ta' mezzi diplomatiċi u paċifiċi b'rabta ma' l-għan tas-sigurtà reġjonali fl-interess ta' kulħadd;

    12.

    Tilqa' l-Kunsens ta' Tripli dwar il-Proċess Politiku għal Darfur (2), li jħeġġeġ lill-partijiet kollha tal-konflitt sabiex “jagħtu tmiem minnufih għall-ostilitajiet u jaġixxu b'rabta ma' l-impenn tagħhom sabiex iwettqu waqfien ta' l-isparar mingħajr ebda dewmien”, iwissi li “dawk li jostakolaw il-proċess tal-paċi f'Darfur ikollhom ibatu l-konsegwenzi”, u jenfasizza “il-ħtieġa għal finanzjament sostanzjali għall-AMIS sat-transizzjoni għall-ħidma ibrida”;

    13.

    Tħeġġeġ lill-GoS sabiex jirratifika l-istatut ta' l-ICC u sabiex ikun konformi mar-responsabiltajiet tiegħu skond ir-Riżoluzzjoni 1593 tal-UNSC; tistieden lill-individwi li ġew akkużati mill-ICC sabiex iċedu;

    14.

    Tirrikonoxxi l-kontribuzzjoni li ċ-Ċina ppruvat tagħti għall-iżvilupp tal-forza ibrida tal-UN; tħeġġeġ liċ-Ċina sabiex tuża l-influwenza tagħha biex tibni fuq dawn il-miżuri riċenti li ttieħdu u tħeġġeġ lill-GoS sabiex jerġa' jagħti bidu għal negozjati inklużivi mal-forzi kollha tar-ribelli sabiex jintlaħaq ftehim paċifiku b'rabta mal-konflitt;

    15.

    Tistieden ukoll lill-partijiet terzi kollha sabiex ma jibqgħux jesportaw armi lill-partijiet kollha involuti fil-konflitt fir-reġjun u sabiex iżommu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-relazzjonijiet tagħhom mas-Sudan;

    16.

    Tqis li l-kawżi fundamentali tal-konflitt f'Darfur huma s-sottożvilupp u l-emarġinazzjoni ekonomika u politika tal-popolazzjoni tar-reġjun kif ukoll il-problemi ekoloġiċi severi marbutin mal-bidla fil-klima, bħat-tiswir ta' malajr ta' deżert, nuqqas ta' xita fuq firxa wiesgħa u nuqqas ta' ilma li kulma jmur qiegħed jiżdied;

    17.

    Tistieden lill-GoS u lill-komunità internazzjonali sabiex ma jagħmlu l-ebda sforz biex jittrattaw is-sottożvilupp tar-reġjun ta' Darfur inkluża l-isfida enormi ta' nuqqas ta' ilma, sabiex jipprovdu għajnuna umanitarja sostanzjali kif ukoll għajnuna mmirata lejn it-tisħiħ ta' l-istat tad-dritt u tad-drittijiet politiċi u ekonomiċi tal-popolazzjoni;

    18.

    Tistieden lill-partijiet kollha involuti fil-konflitt sabiex iżommu lura milli jirreklutaw u jagħmlu użu minn suldati tfal taħt l-età ta' 18-il sena, u tistieden lill-awtoritajiet tas-Sudan sabiex iħarsu lit-tfal li jiġu sfurzati jitilqu mid-djar tagħhom, l-iktar lill-minorenni mhux akkumpanjati, kif stipulat fil-Konvenzjonijiet rilevanti;

    19.

    Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha sabiex iressqu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill AKP-UE, lill-Kummissjoni, lill-Gvern u lill-Parlament tas-Sudan, lill-UNSC u lill-Istituzzjonijiet ta' l-AU.


    (1)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE nhar it-28 ta' Ġunju 2007 f'Wiesbaden (il-Ġermanja).

    (2)  Il-Kunsens ta' Tripli huwa t-test konklużiv ta' laqgħa internazzjonali dwar Darfur li saret fi Tripli bejn it-28 u d-29 ta' April 2007, li ħadu sehem fiha l-UN, l-AU, l-UE, il-Lega ta' Stati Għarab, is-Sudan, iċ-Ċad, l-Eġittu, l-Eritrea, il-Libja, iċ-Ċina, Franza, ir-Russja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti ta' l-Amerka, il-Kanada, l-Olanda u n-Norveġja.


    ANNESS V

    EMENDA TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA  (1)

    It-test preżenti

    L-emenda

    Artikolu 11

    L-Ilsna Uffiċjali

    1.   L-ilsna uffiċjali ta' l-Assemblea għandhom ikunu ċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Iżvediż.

    2.   L-atti adottati mill-Assemblea għandhom ikunu ppubblikati fl-ilsna uffiċjali. Dokumenti ta' tħejjija u dokumenti ta' ħidma għandhom ikunu ppubblikati millinqas bl-Ingliż u bil-Franċiż.

    3.   Il-Burò jista' jiddeċiedi fuq l-għadd ta' ilsna li fihom għandha tkun ipprovduta interpretazzjoni f'każ ta' seduti ta' l-Assemblea barra mill-postijiet ta' ħidma tas-soltu tal-Parlament Ewropew.

    Artikolu 11

    L-Ilsna Uffiċjali

    1.   L-ilsna uffiċjali ta' l-Assemblea għandhom ikunu l-Bulgaru, i ċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Iżvediż.

    2.   L-atti adottati mill-Assemblea għandhom ikunu ppubblikati fl-ilsna uffiċjali. Dokumenti ta' tħejjija u dokumenti ta' ħidma għandhom ikunu ppubblikati millinqas bl-Ingliż u bil-Franċiż.

    3.   Il-Burò jista' jiddeċiedi fuq l-għadd ta' ilsna li fihom għandha tkun ipprovduta interpretazzjoni f'każ ta' seduti ta' l-Assemblea barra mill-postijiet ta' ħidma tas-soltu tal-Parlament Ewropew.


    (1)  Adottata nhar it-28 ta' Ġunju 2007 f'Wiesbaden (Il-Ġermanja).


    Top