EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/224/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4849 — 21 Centrale Partners/Nord Est) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 224, 25.9.2007, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 224/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4849 — 21 Centrale Partners/Nord Est)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 224/06)

1.

Fl-14 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 u sussegwentement għal referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża 21 Centrale Partners (“21 Centrale Partners”, Franza) ikkontrollata minn Edizione Holding S.p.A (“Edizione Holding”, l-Italja), parti mill-Benetton Group (“Benetton”, l-Italja) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Nord Est SA (“Nord Est”, Franza) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal 21 Centrale Partners: amministrazzjoni ta' fondi ta' investiment.

għal Nord Est: l-ippakkjar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4849 — 21 Centrale Partners/Nord Est, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top