EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/217/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4775 — MAN/Hörmann/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 217, 15.9.2007, p. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 217/68


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4775 — MAN/Hörmann/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 217/12)

1.

Fl-4 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Man Nutzfahrzeuge Aktiengesellschaft (“MN”, il-Ġermanja) li jappartjenu għall-Grupp MAN Aktiengesellschaft, (“MAN”, il-Ġermanja) u Hörmann Industrie Beteiligungs (“Hörmann”, il-Ġermanja) jiksbu kontroll konġunt ta' l-impriża Hörmann Automotive Components (“HAC”, il-Ġermanja) fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal MAN: Vetturi kummerċjali, makni tad-dijżil, makni turbo, servizzi industrijali, serviżżi ta' l-inġinerija u l-inġinerija ċivili;

għal Hörmann: inġinerija elettrika, mekkanika u ċivili, inġinerija tar-radju u servizzi relatati;

għal HAC: produzzjoni ta' partijiet u komponenti għat-trakkijiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4775 — MAN/Hörmann/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top