Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/204/14

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4840 — Fiat/Teksid) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 204, 1.9.2007, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 204/19


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4840 — Fiat/Teksid)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/C 204/14)

    1.

    Fl-24 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Fiat S.p.A. (“Fiat”, ta' l-Italja) takkwista, fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll uniku ta' l-impriża Teksid Aluminum S.r.l. (“Teksid Aluminum”, ta' l-Italja) u Teksid Aluminum Getti Speciali S.r.l. (“Getti Speciali”, ta' l-Italja) permezz ta' xiri ta' ishma fil-25 ta' Lulju 2007.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Fiat: il-manifattura u l-bejgħ ta' karozzi, vetturi kummerċjali, makkinarju agrikolu, tagħmir ta' kostruzzjoni, komponenti awtomotivi u prodotti metallurġiċi;

    għal Teksid u Getti Speciali: il-produzzjoni ta' komponenti ta' aluminju fondut għall-industrija awtomotiva u għal applikazzjonijiet reżidwi oħra.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibgħatu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4840 — Fiat/Teksid, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top