Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/192/14

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4857 — 3i/Accord) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 192, 18.8.2007, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 192/21


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4857 — 3i/Accord)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/C 192/14)

    1.

    Fid-9 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Kirk Newco plc, kumpanija li l-kontroll aħħari tagħha huwa f'idejn it-3i Group plc kif ukoll f'fondi ġestiti minn 3i Investments plc (“3i”, tar-Renju Unit), takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll kollu ta' Accord Limited kif ukoll tal-grupp ta' kumpaniji kkontrollati minnha (“Accord”, tar-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    3i: soċjetà ta' ekwità internazzjonali privata u kumpanija ta' venture capital li tipprovdi pariri ta' ġestjoni u immaniġġjar ta' fondi ta' investiment;

    Accord: Il-forniment ta' servizzi outsourced l-aktar lis-settur pubbliku (toroq, ambjent, akkomodazzjoni, ġestjoni tal-faċilitajiet u servizzi ta' konsultazzjoni).

    3.

    Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2)għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti għandhom jaslu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (Nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta. taħt in-numru ta' riferenza COMP/M.4857 — 3i/Accord, f'dan l-indirizz.

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top