Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/183/64

    Kawża T-346/06 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 7 ta' Ġunju 2007 — IMS vs Il-Kummissjoni (Talba għal miżuri provviżorji — Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni — Direttiva 98/37/KE — Ammissibbiltà — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar ta' l-interessi)

    ĠU C 183, 4.8.2007, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/33


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Ġunju 2007 — IMS vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-346/06 R)

    (Talba għal miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni - Direttiva 98/37/KE - Ammissibbiltà - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar ta' l-interessi)

    (2007/C 183/64)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Industria Masetto Schio Srl (IMS) (Schio, l-Italja) (rappreżentanti: F. Colonna u T. Romolotti, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u D. Lawunmi, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' l-Opinjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3914 tas-6 ta' Settembru 2006, dwar miżura ta' projbizzjoni, adottata mill-awtoritajiet Franċiżi fir-rigward ta' ċerti preses mekkaniċi bit-trade mark IMS.

    Dispożittiv

    1)

    L-eżekuzzjoni ta' l-Opinjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3914 tas-6 ta' Settembru 2006, dwar miżura ta' projbizzjoni, adottata mill-awtoritajiet Franċiżi fir-rigward ta' ċerti preses mekkaniċi bit-trade mark IMS, hija sospiża sakemm il-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi l-kawża prinċipali.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top