Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/183/43

    Kawża C-284/07: Rikors imressaq fit- 12 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

    ĠU C 183, 4.8.2007, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/24


    Rikors imressaq fit-12 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-284/07)

    (2007/C 183/43)

    Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Caeiros u D. Kukovec, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

    Talbiet

    tiddikjara li billi m'adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE (1) tas-7 ta' Settembru 2005 li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE dwar ix-xiri pubbliku [il-kuntratti pubbliċi], ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/51/KE ċċitata iktar 'il fuq;

    sussidjarjament, tiddikjara li, f'kull każ, billi ma kkomunikat lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet hekk adottati, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq;

    tordna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-31 ta' Jannar 2006.


    (1)  ĠU L 257, p. 127.


    Top