Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/183/11

    Kawża C-422/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l- 14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/30/KE — Trasport bl-ajru — Restrizzjonijiet fuq l-operat marbuta mal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità — Adozzjoni mill-Istat Membru, matul it-terminu għat-traspożizzjoni, ta' dispożizzjonijiet li huma kapaċi jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat preskritt mid-Direttiva)

    ĠU C 183, 4.8.2007, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

    (Kawża C-422/05) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/30/KE - Trasport bl-ajru - Restrizzjonijiet fuq l-operat marbuta mal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità - Adozzjoni mill-Istat Membru, matul it-terminu għat-traspożizzjoni, ta' dispożizzjonijiet li huma kapaċi jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat preskritt mid-Direttiva)

    (2007/C 183/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Benyon u M. Huttunen, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M.Wimmer u A.Hubert, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 10, u ta' l-Artikolu 249(3), tat-Trattat KE — Miżuri meħuda mill-Istat Membru matul il-perijodu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 85, p. 40) li huma kapaċi jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat preskritt mid-direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-titjiriet ta' bil-lejl ta' xi ajruplani bil-ġett subsoniċi ċivili

    Dispożittiv

    1)

    Bl-adozzjoni tad-Digriet Irjali ta' l-14 ta' April 2002 li jirregola t-titjiriet ta' bil-lejl ta' xi ajruplani bil-ġett subsoniċi ċivili, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/30/KE, tas-26 ta' Marzu 2002, dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità kif ukoll mit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 10 KE moqri flimkien mat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 249 KE.

    2)

    Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 48 tal-25.2.2006.


    Top