This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/183/06
Case C-246/05: Judgment of the Court (Third Chamber) of 14 June 2007 (reference for a preliminary ruling from the Oberster Patent- und Markensenat, Austria) — Armin Häupl v Lidl Stiftung & Co. KG (Trade mark law — Article 10(1) of Directive 89/104/EEC — Absence of genuine use of a trade mark — Concept of date of the completion of the registration procedure )
Kawża C-246/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l- 14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberster Patent- und Markensenat — L-Awstrija) — Armin Häupl vs Lidl Stiftung & Co. KG. (Liġi dwar it-trade marks — Artikolu 10(1) tad-Direttiva 89/104/KEE — Nuqqas ta' użu ġenwin ta' trade mark — Kunċett ta' data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni )
Kawża C-246/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l- 14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberster Patent- und Markensenat — L-Awstrija) — Armin Häupl vs Lidl Stiftung & Co. KG. (Liġi dwar it-trade marks — Artikolu 10(1) tad-Direttiva 89/104/KEE — Nuqqas ta' użu ġenwin ta' trade mark — Kunċett ta' data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni )
ĠU C 183, 4.8.2007, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberster Patent- und Markensenat — L-Awstrija) — Armin Häupl vs Lidl Stiftung & Co. KG.
(Kawża C-246/05) (1)
(Liġi dwar it-trade marks - Artikolu 10(1) tad-Direttiva 89/104/KEE - Nuqqas ta' użu ġenwin ta' trade mark - Kunċett ta' “data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni’)
(2007/C 183/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Patent- und Markensenat
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Armin Häupl
Konvenuta: Lidl Stiftung & Co. KG.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Patent- und Markensenat — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 10(1) u 12(1) tad-Direttiva 89/104/KEE: L-ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Nuqqas ta' użu ġenwin ta' trade mark — Raġunijiet li l-impriża m'għandiex kontroll fuqhom u li ma jħalluhiex tiftaħ supermarkits fit-territorju nazzjonali, meta l-istrateġija normali tagħha hi li ma tbigħx il-prodotti ta' din it-trade mark ħlief fis-supermarkits tagħha stess — Il-kunċett tad-data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni
Dispożittiv
1) |
Id-“data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni” fis-sens ta' l-Artikolu 10(1) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandha tiġi ddeterminata f'kull Stat Membru skond ir-regoli tal-proċedura fir-rigward tar-reġistrazzjoni li jkunu fis-seħħ f'dak l-Istat. |
2) |
L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu “raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu” ta' trade mark dawk l-ostakli li għandhom relazzjoni diretta biżżejjed mat-trade mark li jirrendu l-użu tagħha impossibbli jew mhux raġonevoli u li huma indipendenti mill-volontà tal-proprjetarju. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-elementi ta' fatt tal-kawża prinċipali fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet. |