Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/176/11

F-Loudes: Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati — Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Le Puy-en-Velay (Loudes) u Pariġi (Orly) — Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 b'għan ta'delega ta' servizz pubbliku

ĠU C 176, 28.7.2007, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/21


F-Loudes: Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati

Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Le Puy-en-Velay (Loudes) u Pariġi (Orly)

Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 b'għan ta'delega ta' servizz pubbliku

(2007/C 176/11)

1.   Daħla: Għal raġunijiet ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, Franza imponiet obbligi ta' servizz pubbliku, li jibdew mill-14 ta' Jannar 2008, għas-servizzi bl-ajru skedati li joperaw bejn Le Puy-en-Velay (Loudes) u Pariġi (Orly). L-istandards rikjesti minn dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 174 tas-27.7.2007.

Jekk l-ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun beda jew wasal biex jibda, fl-14 ta' Diċembru 2007, jopera servizzi bl-ajru skedati fuq din ir-rotta skond l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma jkun talab kumpens finanzjarju, Franza ddeċidiet, fil-qafas tal-proċedura prevista mill-Artikolu 4(1)(d) ta' dan l-istess Regolament, li tillimita l-aċċess tar-rotta għal trasportatur wieħed biss u tikkonċedi wara s-sejħa għall-offerti d-dritt ta' operar ta' dawn is-servizzi mill-14 ta' Jannar 2008.

2.   Awtorità li taġġudika: Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay/Loudes, Aérodrome de Loudes, -43320 Loudes. Tél. (33) 471 08 61 87. Fax (33) 471 08 66 40. E-mail: aerodrome-departemental@wanadoo.fr.

3.   Għan tal-konsultazzjoni: L-għoti ta' servizzi bl-ajru skedati, mill-14 ta' Jannar 2008, f'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija fil-paragrafu 1.

4.   Karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt: Kuntratt ta' delega ta' servizz pubbliku konkluż bejn it-trasportatur, is-Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes u l-Istat, skond l-Artikolu 8 tad-Digriet Nru 2005-473 tas-16 ta' Mejju 2005 dwar, partikolarment, ir-regoli għall-allokazzjoni ta' kumpensi finanzjarji mill-Istat.

Id-delegat se jirċievi d-dħul. Is-Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes u l-Istat se jħallsuh kontribut li jammonta għad-differenza bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) għall-operar tas-servizz u d-dħul kummerċjali mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) li rċieva dan ta' l-aħħar, fil-limiti tal-kumpens massimu li għalih id-delegat impenja ruħu u bi tnaqqis, jekk ikun il-każ, tal-penali msemmija fl-Artikoli 9-4 ta' dan l-avviż.

5.   Tul tal-kuntratt: It-tul tal-kuntratt (ftehim ta' delega ta' servizz pubbliku) huwa ta' tliet snin, li jiddekorru mill-14 ta' Jannar 2008.

6.   Parteċipazzjoni fil-konsulatazzjoni: Is-sejħa hija miftuħa għat-trasportaturi ta' l-ajru kollha fil-pussess ta' liċenzja tat-tħaddim valida maħruġa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, dwar liċenzjar ta' air carriers [trasportaturi ta' l-ajru].

7.   Proċedura li taġġudika u l-kriterji għall-għażla tal-kandidati: Din is-sejħa għall-offerti hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-punti (d), (e), (f), (g), (h) u (i) ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, l-Artikoli L. 1411-1 u sussegwenti tal-kodiċi ġenerali ta' l-awtoritajiet lokali (code général des collectivités territoriales) marbuta mad-delegi ta' servizz pubbliku kif ukoll it-testi adottati għal raġunijiet ta' applikazzjoni tagħhom (partikolarment id-Digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1997 adottat għal raġunijiet ta' applikazzjoni tal-Liġi Nru 97/210 tal-11 ta' Marzu 1997 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra x-xogħol illegali) u d-Digriet Nru 2005-473 tas-16 ta' Mejju 2005 dwar, partikolarment, ir-regoli għall-allokazzjoni ta' kumpensi finanzjarji mill-Istat kif ukoll tliet Ordnijiet tas- 16 ta' Mejju 2005 adottati għall-applikazzjoni tiegħu.

7-1.   Fajl ta' l-applikazzjoni: Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jitħejja bil-Franċiż. Jekk hu neċessarju, min jagħmel l-offerta għandu jittraduċi għall-Franċiż id-dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi u miktuba b'lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Mal-verżjoni Franċiża, min jagħmel l-offerta jista' wkoll jehmeż verżjoni f'lingwa uffiċjali oħra ta' l-Unjoni Ewropea, iżda li ma tkunx awtentika.

Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jkun fih

ittra ta' applikazzjoni, iffirmata mid-direttur jew mir-rappreżentant tiegħu, flimkien mad-dokumenti li jagħtuh is-setgħa li jiffirma

memorandum informattiv dwar l-impriża, li jagħti xhieda tal-kapaċitajiet professjonali u finanzjarji ta' l-applikant fis-settur tat-trasport bl-ajru, kif ukoll kwalunkwe referenza fil-qasam. Dan il-memorandum għandu jagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-kapaċità ta' l-applikant li jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz pubbliku u trattament ugwali ta' l-utenti; l-applikant jista', jekk hekk jixtieq, jimxi fuq il-mudell ta' formola DC5 użat fil-qasam ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi,

il-fatturat kumplessiv u l-fatturat marbut mal-provvista tas-servizzi kkonċernati matul l-aħħar tliet snin jew, jekk l-applikant hekk jixtieq, il-bilanċi u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf ta' l-aħħar tliet snin. Jekk l-applikant ma jistax jipprovdi dan it-tagħrif, huwa għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu,

nota metodoloġika dwar kif l-applikant bisħiebu jressaq l-offerta tiegħu għall-fajl tal-konsultazzjoni, f'każ li jitħalla jippreżenta offerta mis-syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes, fin-nota għandu jkun speċifikat,

ir-riżorsi tekniċi u umani li l-applikant se jassenja għall-operar tar-rotta,

in-numru, il-kwalifika u l-assenjazzjoni tal-persunal u, jekk ikun il-każ, ir-reklutaġġ li l-applikant bi ħsiebu jagħmel,

it-tipi ta' ajruplani użati u, jekk ikun il-każ, id-dettalji tar-reġistrazzjoni tagħhom,

kopja tal-liċenzja tat-tħaddim tat-trasportatur ta' l-ajru ta' min jagħmel l-offerta,

jekk il-liċenzja tat-tħaddim inħarġet minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, min jagħmel l-offerta għandu wkoll jipprovdi dan it-tagħrif

l-Istat li ħareġ il-liċenzja tal-piloti,

il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-kuntratti tax-xogħol,

dettalji tas-sħubija fl-organu tas-sigurtà soċjali,

id-dispożizzjonijiet adottati għall-konformità ma' l-Artikoli L. 341-5 u l-Artikoli D. 341-5 u sussegwenti tal-Kodiċi tax-Xogħol marbuta ma' l-issekondar temporanju ta' impjegati għall-provvista ta' servizzi fuq it-territorju nazzjonali

iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet maħruġa fuq l-unur previsti mill-Artikolu 8 tad-Digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1997 u mill-Ordni tal-31 ta' Jannar 2003 adottata għal raġunijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 tad-Digriet imsemmi qabel, li jagħtu xhieda li l-applikant onora l-obbligi fiskali u soċjali tiegħu, partikolarment f'dawk li huma

it-taxxa fuq il-kumpaniji,

it-taxxa fuq il-valur miżjud,

il-kontributi għas-sigurtà soċjali, inċidenti tax-xogħol u l-mard fuq il-post tax-xogħol u għall-allowances għall-familji

it-taxxa ta' l-avjazzjoni ċivili,

it-taxxa ta' l-ajruport,

it-taxxa fuq it-tniġġis akustiku ta' l-ajru,

it-taxxa tas-solidarjetà

għall-applikanti minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, iċ-ċertifikati jew id-dikjarazzjonijiet għandhom jinħarġu mill-amministrazzjonijiet u mill-organi tal-pajjiż ta' l-oriġini

dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur ta' assenza ta' kundanna mniżżla fil-bullettin Nru 2 għar-reati msemmija fl-Artikoli L. 324-9, L. 324-10, L. 341-6, L. 125-1 u L. 125-3 tal-Kodiċi tax-Xogħol

dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur u/jew kwalunkwe prova ta' konformità ma' l-obbligu li timpjega ħaddiema diżabbli prevista mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol

estratt “K bis” ta' tniżżil fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji, jew kwalunkwe dokument ekwivalenti

skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, ċertifikat ta' assigurazzjoni li ilu sa 3 xhur maħruġ li jkopri r-responsabblità ċivili [lijabilità] f'każ ta' inċident, b'mod partikolari għar-rigward ta' passiġġieri, bagalji, merkanzija, ittri u terzi persuni, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-21 ta' April 2004, partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu

f'każ ta' miżura kawtelatorja jew ta' proċedura kollettiva, kopja tas-sentenza jew sentenzi maqtugħa għal dan ir-rigward (jekk is-sentenza mhijiex bil-Franċiż, jeħtieġ li tinhemeż traduzzjoni ċċertifikata).

7-2.   Proċeduri għall-eżami ta' l-applikazzjonijiet: L-applikazzjonijiet se jintgħażlu b'referenza għal dawn il-kriterji, imsemmija fl-Artikolu L. 1411-1(3) tal-Kodiċi ġenerali ta' l-awtoritajiet lokali

il-garanziji professjonali u finanzjarji ta' l-applikanti,

il-kapaċità ta' dawn ta' l-aħħar li jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz pubbliku u trattament ugwali ta' l-utenti tas-servizz imsemmi,

konformità min-naħa tal-kandidati ma' l-obbligu li timpjega ħaddiema b'diżabilità prevista mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol.

8.   Kriterji għall-għoti tal-kuntratt: It-trasportaturi li l-applikazzjoni tagħhom tkun aċċettata se jkunu sussegwentement mistiedna jressqu l-offerta tagħhom skond il-proċedura stabbilita mir-Regolament speċifiku tas-sejħa għall-offerti li wara se tintbagħtilhom.

Skond l-Artikolu L. 1411-1(3) tal-Kodiċi ġenerali ta' l-awtoritajiet lokali, l-offerti ppreżentati se jiġu liberament innegozjati mill-awtorità responsabbli tas-Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes.

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, l-għażla fost is-sottomissjonijiet għandha ssir b'kunsiderazzjoni ta' l-adegwatezza tas-servizz, partikolarment il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu kwotati lejn l-utenti, u l-ispiża tal-kumpens meħtieġ.

9.   Informazzjoni addizzjonali essenzjali:

9-1.   Kumpens finanzjarju: L-offerti mressqa minn dawk li jagħmlu l-offerti għandhom jindikaw espliċitament is-somma massima li se tintalab bħala kumpens għall-operar tar-rotta għal perjodu ta' tliet snin li jiddekorri mill-14 ta' Jannar 2008, bi tqassim annwali. Is-somma eżatta tal-kumpens miftiehma fl-aħħar se tiġi stabbilita ex post kull sena, skond l-ispejjeż u d-dħul effettivament iġġenerati mis-servizz, fil-limiti tas-somma indikata fl-offerta. Dan il-limitu massimu ma jistax jinbidel ħlief jekk ikun hemm bidla imprevedibbli fil-kundizzjonijiet tas-servizz.

Il-ħlasijiet annwali jsiru permezz ta' ħlasijiet bin-nifs u ta' bilanċ. Il-ħlas tal-bilanċ isir biss wara l-approvazzjoni tal-kontijiet tat-trasportatur marbuta mar-rotta in kwistjoni u wara verifika li s-servizz ġie operat skond il-kundizzjonijiet previsti fil-punt 9-2 hawn taħt.

F'każ ta' tmiem tal-kuntratt qabel l-iskadenza normali tiegħu, għandhom japplikaw mill-aktar fis possibbli d-dispożizzjonijiet tal-punt 9-2 biex isir il-ħlas tal-bilanċ lit-trasportatur tal-kumpens finanzjarju dovut lilu, filwaqt li l-limitu massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu jitnaqqas fi proporzjon ta' kemm effettivament idum jopera s-servizz.

9-2.   Verifika ta' l-operar tas-servizz u tal-kontijiet tat-trasportatur: L-operar tas-servizz u l-kontabilità tal-kosti tat-trasportatur rigward ir-rotta in kwistjoni għandhom ikunu eżaminati talanqas darba fis-sena, bi qbil mat-trasportatur.

9-3.   Emendi u tmiem tal-kuntratt: It-trasportatur, jekk iqis li bidliet imprevedibbli tal-kundizzjonijiet ta' l-operar jiġġustifikaw ir-reviżjoni tas-somma massima tal-kumpens finanzjarju, jista' jressaq talba motivata lill-partijiet firmatarji l-oħra li għandhom xahrejn biex jieħdu deċiżjoni. Il-kuntratt għalhekk ikun jista' jiġi emendat permezz ta' klawżola addizzjonali.

Kull waħda mill-partijiet tista' ttemm il-kuntratt qabel l-iskadenza normali tiegħu jekk jingħata avviż minn sitt xhur qabel. F'każ ta' ksur gravi ta' l-obbligi tal-kuntratt, it-trasportatur jitqies li temm il-kuntratt mingħajr ma jkun ta avviż jekk ma jissoktax is-servizz b'mod konformi ma' l-obbigi msemmija fi żmien xahar mid-data tat-tqegħid fil-mora.

9-4.   Penali jew sanzjonijiet oħra previsti mill-kuntratt: In-nuqqas, min-naħa tat-trasportatur, milli jagħti l-avviż previst mill-punt 9-3 huwa suġġett għal ammenda amministrattiva, skond l-Artikolu R.330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, jew għal penali kkalkolat abbażi tan-numru ta' xhur li fihom naqas milli jagħti avviż u tan-nuqqasijiet operattivi fis-servizz matul is-sena in kwistjoni, mingħajr ma jinqabeż il-kumpens finanzjarju massimu tal-punt 9-1.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu R.330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, f'każ ta' ksur parzjali ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku, jitnaqqas il-kumpens finanzjarju massimu previst mill-punt 9-1.

Dan it-tnaqqis iqis, jekk ikun il-każ, in-numru tat-titjiriet kanċellati minħabba raġunijiet li għalihom ikun responsabbli t-trasportatur, tan-numru tat-titjiriet li seħħu b'kapaċità anqas minn dik meħtieġa u tan-numru tat-titjiriet li seħħu mhux konformi ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku f'dak li huma waqfiet qosra f'ajruporti jew tariffi applikati.

10.   Tressiq ta' l-applikazzjonijiet: Il-fajls ta' l-applikazzjonijiet għandhom ikunu magħluqa f'envelopp issiġillat b'fuqu: “Délégation de service public pour l'exploitation d'une ligne aérienne –Candidature – À n'ouvrir qu'en commission”. Dawn għandhom jaslu sas-14:00, ħin lokali, sa mhux aktar tard mit-12 ta' Settembru 2007, bil-posta rreġistrata u b'konferma tal-wasla għand id-destinatarju, b'din ta' l-aħħar tixhed id-data, jew inkella jitwasslu bl-idejn u tingħata rċevuta, lil dan l-indirizz

Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay/Loudes, Aérodrome de Loudes, F-43320 Loudes.

11.   Proċedura sussegwenti: Is-Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes se jibgħat, sa mhux aktar tard mis-17 ta' Settembru 2007, lill-applikanti magħżula fajl tal-konsultazzjoni li jkun fih partikolarment regolament tal-konsultazzjoni kif ukoll abbozz ta' ftehim.

L-applikanti magħżula għandhom iressqu l-offerta tagħhom sa mhux aktar tard mill-10 ta' Ottubru qabel 12:00, ħin lokali.

L-offerta torbot lill min jissottomettiha għal tul ta' żmien ta' 280 jum li jiddekorru minn meta titressaq.

12.   Validità tas-sejħa għall-offerti: Il-validità tas-sejħa għall-offerti hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-ebda trasportatur ta' l-ajru Komunitarju ma jippreżenta, sa l-14 ta' Diċembru 2007, programm għall-operar tar-rotta kkonċernata mill-14 ta' Jannar 2008, f'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma jirċievi l-ebda kumpens finanzjarju.

13.   Talbiet għal tagħrif supplimentari: L-applikanti li jeħtieġu aktar tagħrif għandhom, permezz ta' ittra jew feks biss, jikkuntattjaw lill-President tas-syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes, li l-indirizz u n-numru tal-faks tiegħu jinsabu fil-paragrafu 2.


Top