This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/170/77
Case T-204/07: Action brought on 4 June 2007 — Italy v Commission
Kawża T-204/07: Rikors ippreżentat fl- 4 ta'Ġunju 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
Kawża T-204/07: Rikors ippreżentat fl- 4 ta'Ġunju 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
ĠU C 170, 21.7.2007, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 170/40 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta'Ġunju 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-204/07)
(2007/C 170/77)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: Paolo Gentili, Avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
li tiġi annullata n-nota tal-Kummissjoni Ewropea Nru 03059, tas-26 ta' Marzu 2007, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, Malta u l-Olanda, li għandha bħala suġġett POR Sardegna 2000-2006 (Nru CCI 1999 IT 16 1PO 010) — Ħlasijiet mill-Kummissjoni li huma differenti mill-ammont mitlub; |
— |
li tiġi annullata n-nota tal-Kummissjoni Ewropea Nru 04718 ta' l-14 ta' Mejju 2007, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, Malta u l-Olanda, li għandha bħala suġġett POR Sardegna 2000-2006 (Nru CCI 1999 IT 16 1PO 010) — Ħlasijiet mill-Kummissjoni li huma differenti mill-ammont mitlub; |
— |
kif ukoll li jiġu annullati l-atti kollha li fuqhom huma bbażati l-imsemmija noti u li huma marbuta magħhom, u konsegwentement li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiġi ordnata tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk imressqa fil-kawża T-345/04, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni (1).
(1) ĠU C 262, tat-23.10.2004, p. 55.