Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/44

    Kawżi magħquda T-251/05 u T-425/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 6 ta' Ġunju 2007 — Mediocurso vs Il-Kummissjoni ( FSE — Programmi ta' taħriġ — Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija — Motivazzjoni — Prinċipji ta' ċertezza legali u tal-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi — Nuqqas ta' żball manifest ta' evalwazzjoni )

    ĠU C 170, 21.7.2007, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 170/23


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ġunju 2007 — Mediocurso vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-251/05 u T-425/05) (1)

    (“FSE - Programmi ta' taħriġ - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija - Motivazzjoni - Prinċipji ta' ċertezza legali u tal-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi - Nuqqas ta' żball manifest ta' evalwazzjoni’)

    (2007/C 170/44)

    Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Mediocurso — Estabelecimento de Ensino Particular, SA (Lisbona, il-Portugal) (rappreżentanti: C. Botelho Moniz u E. Maia Cadete, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Andrade u A. Weimar, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 1236 ta' l-14 ta' April 2005 li tnaqqas l-għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni C (89) 0570 tat-22 ta' Marzu 1989, u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3557 tat-13 ta' Settembru 2005 li tnaqqas l-għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni C (89) 0570 tat-22 ta' Marzu 1989.

    Dispożittiv tas-sentenza

    1)

    Il-kawżi T-251/05 u T-425/05 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 217 tat-3.9.2005.


    Top