Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/35

    Kawżi magħquda T-57/04 u T-71/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Ġunju 2007 — Budějovický Budvar u Anheuser-Busch vs L-UASI (AB GENUINE Budweiser KING OF BEERS) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li fiha l-kliem AB , genuine , budweiser , king of beers — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BUDWEISER — Denominazzjonijiet ta' oriġini rreġistrati skond il-Ftehim ta' Lisbona — L-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Aċċettazzjoni u ċaħda parzjali ta' l-oppożizzjoni )

    ĠU C 170, 21.7.2007, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 170/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Ġunju 2007 — Budějovický Budvar u Anheuser-Busch vs L-UASI (AB GENUINE Budweiser KING OF BEERS)

    (Kawżi magħquda T-57/04 u T-71/04) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li fiha l-kliem ‘AB’, ‘genuine’, ‘budweiser’, ‘king of beers’ - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BUDWEISER - Denominazzjonijiet ta' oriġini rreġistrati skond il-Ftehim ta' Lisbona - L-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Aċċettazzjoni u ċaħda parzjali ta' l-oppożizzjoni’)

    (2007/C 170/35)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti fil-kawża T-57/04: Budějovický Budvar, národní podnik (České Budějovice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)

    Rikorrenti fil-kawża T-71/04: Anheuser-Busch, Inc. (Saint Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard, A. Renck, A. Pohlmann, D. Ohlart u B. Goebel, wara V. von Bomhard, A. Renck, D. Ohlgart u B. Goebel, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u I. de Medrano Caballero, aġenti)

    Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Anheuser-Busch, Inc. (fil-kawża T-57/04) u Budějovický Budvar, národní podnik (fil-kawża T-71/04)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-3 ta' Diċembru 2003 (każijiet R 1024/2001-2 u R 1000/2001-2), li tirrigwarda proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Budějovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc.

    Dispożittiv tas-sentenza

    1)

    Fil-kawża T-57/04:

    ir-rikors huwa miċħud;

    Budějovický Budvar, národní podnik għandha tbati l-ispejjeż.

    2)

    Fil-kawża T-71/04:

    mhemmx iktar lok li tiddeċiedi dwar ir-rikors;

    Anheuser-Busch, Inc. għandha tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 94 tas-17.4.2004.


    Top