Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/02

    Kawża C-156/04: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika ( Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 83/182/KEE — Importazzjoni temporanja tal-mezzi tat-trasport — Eżenzjonijiet mit-taxxa — Residenza normali fi Stat Membru )

    ĠU C 170, 21.7.2007, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 170/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-156/04) (1)

    (“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 83/182/KEE - Importazzjoni temporanja tal-mezzi tat-trasport - Eżenzjonijiet mit-taxxa - Residenza normali fi Stat Membru’)

    (2007/C 170/02)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Patakia u D. Triantafyllou, aġenti]

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentanti: P. Mylonopoulos u I. Pouli, aġenti]

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 90 KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE, tat-28 ta' Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità għal ċerti mezzi ta' trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor (ĠU L 105, p. 59) — Użu proviżorju fit-territorju Grieg tal-vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor — Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet doganali japplikaw għall-vetturi provenjenti minn Stati terzi

    Dispożittiv

    1)

    Billi jiġi pprovdut:

    fl-Artikolu 18(A)(1) tal-Liġi Nru 2682/1999 li, f'każ ta' żamma jew użu fit-territorju Elleniku ta' vettura irreġistrata fi Stat Membru ieħor minn individwu li għandu r-residenza normali tiegħu fil-Greċja, il-proċedimenti kriminali normalment previsti ma jitressqux jekk il-persuna kkonċernata tħallas it-taxxa ta' reġistrazzjoni imposta u tirrinunzja għall-mezzi ta' rikors previsti mid-dritt nazzjonali kontra l-att ta' l-impożizzjoni ta' l-imsemmija taxxa, u

    fl-Artikolu 18(C)(1) ta' l-istess liġi li, f'każ ta' impożizzjoni tal-multi, il-vetturi huma wkoll is-suġġett ta' immobilizzazzjoni kawtelatorja temporanja u t-tpoġġija tagħhom għad-dispożizzjoni sseħħ wara l-ħlas tal-multi dovuti u l-ħlasijiet oħra eventwali previsti,

    ir-Republika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE, tat-28 Marzu 1983, dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità għal ċerti mezzi ta' trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

    3)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Republika Ellenika jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 106 tat-30.4.2004.


    Top