Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/141/15

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4728 — Red & Black/Valentino Fashion Group) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 141, 26.6.2007, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 141/31


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4728 — Red & Black/Valentino Fashion Group)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/C 141/15)

    1.

    Fid-19 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża undertaking Red & Black Lux S.À R.L. (“Red & Black”, il-Lussemburgu) ikkontrollata mill-fond Permira IV (“P IV”, Guernsey, iċ-Channel Islands), li min-naħa tagħha hija kkontrollata minn Permira Holdings Limited (“PHL”, Guernsey, iċ-Channel Islands) takkwista, fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' Valentino Fashion Group S.p.A. (“Valentino Group”, l-Italja), permezz ta' akkwist ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    Għall-impriża PHL: investiment f'kumpaniji f'kull stadju ta' żvilupp u f'setturi differenti tas-suq.

    Għall-impriża Red & Black: impriża ad hoc stabbilita għall-għanijiet ta' l-operazzjoni.

    Għall-impriża Valentino Group: kumpannija holding ta' grupp ta' impriżi attivi l-aktar fid-diżinjar, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta' ħwejjeġ ta' lussu u aċċessorji relatati tan-nisa u ta' l-irġiel.

    3.

    Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4728 — Red & Black/Valentino Fashion Group, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top