Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/140/69

    Kawża T-156/07: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Mejju 2007 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 140, 23.6.2007, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 140/42


    Rikors ippreżentat fid-9 ta' Mejju 2007 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-156/07)

    (2007/C 140/69)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Diéz Moreno)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla l-avviż tal-kompetizzjoni EPSO/AD/94/07, ippubblikat mill-Uffiċċju tar-Reklutaġġ ta' l-Impjegati ta' l-Unjoni Ewropeja (EPSO) fil-ĠUUE C 45 A, fit-28 ta' Frar 2007;

    tordna lill-Kummissjoni tippubblika l-avviżi kollha tal-kompetizzjonijiet sabiex tassenja karigi fis-servizz pubbliku fil-Ġurnal Uffiċċjali fil-lingwi kollha;

    tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikors preżenti ġie mressaq kontra l-avviż tal-kompetizzjoni EPSO/AD/94/07, ippubblikat mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) fil-ĠUUE C 45 A, fit-28 ta' Frar 2007, billi l-imsemmi avviż kien ippubblikat biss fil-verżjonijiet tal-ĠUUE tal-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża.

    Ir-rikorrent jikkunsidra li, billi għamlet hekk, il-konvenuta kisret ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta' April 1958, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Regolament Nru 259 tad-29 ta' Frar 1968 li jirregola r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Unjoni Ewropea. Fl-istess waqt, hemm ksur tal-prinċipji ta' l-ugwaljanza u ta' non diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini Ewropej, ta' proporzjonalità u ta' ċertezza legali, rikonoxxuti mit-Trattat KE u minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    Fir-rigward, b'mod konkret, tal-prinċipju ta' ċertezza legali, għandu jiġi nnutat li r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Unjoni Ewropea, fl-Anness III tagħhom, jipprovdu għal pubblikazzjoni ta' avviżi għal kompetizzjonijiet fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Madankollu, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/58, tali Ġurnal Uffiċjali għandu jiġi ppubblikat fit-tlieta u għoxrin lingwa uffiċjali. Madankollu, l-avviż imsemmi ġie ppubblikat biss fi tliet lingwi uffiċjali.

    Fl-aħħar nett, huwa allegat li hemm vjolazzjoni tal-kompetenza esklużiva tal-Kunsill li jemenda, unanimament, is-sistema lingwistika Komunitarja.


    Top